Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati

Rabat-Malta

Novembru 2009

Il-Qdusija tal-Madonna
P.Ambrog Delia OSA

Mir-rakkont tat-thabbira ta' l-Anglu, Santu Wistin jislet il-kobor u l-umilta' ta' Marija kif jinghad fl-istess kantiku taghha: "ghax Hu xehet ghajnejh fuq ic-cokon tal-qaddejja tieghu u ghamel maghha hwejjeg kbar". (omelija 51, 18,27)

Wiehed mit-testi maghrufa li fih insibu l-hsieb ta' Santu Wistin dwar il-Qdusija ta' Marija huwa dak li nsibu fl-opra tieghu fuq in-Natura u l-Grazzja 42,60, li fih jinghad: "Meta nithaddtu fuq id-dnub, f' gieh il-Mulej assolutament ma rridx li nihaddtu mill-Vergni Marija, ghaliex kif nistghu nkunu nafu kemm grazzja kienet moghtija lilha biex tkun tista' tirbah id-dnub, jigi minn fejn jigi, filwaqt li mmeritat li tnissel u tiled lil dak li hija haga certa li m' ghandu l-ebda dnub". Mela r-raguni u l-ghajn tal--qdusija ta' Marija hija s-sejha taghha biex tkun Omm GEsu', il-Qaddis minnu nnifsu. Ghalhekk Marija skond Santu Wistin, kienet mehlusa wkoll mid-dnub originali? L-istudjuzi tat-taghlim ta' Santu Wistin u tat-taghlim tal-Knisja mhux kollha jaqblu.

Minghajr dubju ta' xejn, l-istqarrija ta' Santu Wistin hija maghmula bil-qawwa kollha u minghajr limiti, hekk li jekk tehodha kif inhi teskludi kull dnub. Hawn Santu Wistin donnu qed jistqarr il-perswazzjoni tal-kuxjenza Kristjana li d-dnub qatt ma kellu hakma fuq Marija, Omm il-Feddej. Iktar u iktar, ir-ragunijiet li fuqhom jibbaza Santu Wistin, jigifieri il-gieh u l-qdusija assoluta ta' l-Iben, jidhru li huma qawwija bizejjed biex jeskludu kull dnub , imqar dak originali (Ara DB 1641 fid-definizzjoni tal-Kuncizzjoni Immakulata fejn fost l-ohrajn jinghad li Marija kienet imharsa minn kull tebgha ta' dnub sa mill-bidu nett tat-tnissil taghha minhabba l-merti ta' Kristu Gesu', Salvatur tal-bnedmin kollha).

Marija hija mimlija bil-qdusija ghaliex minhabba l-missjoni taghha bhala Omm il-feddej kienet mimlija bil-grazzja. Zgur li Santu Wistin fis-seklu erbgha u hamsa m' ghaddilux minn mohhu li jitkellem dwar it-tnissil bla reghba ta' Marija kif nafuh illum. Hu minnu li fit-tilwima li kellu mal-Pelagjani li fist l-ohrajn kienu jghidu li l-bniedem m'ghandux bzonn tal-grazzja biex ighix tajjeb. Santu Wistin ghamel certi stqarrijiet qawwija li fihom insista li hadd ma hu eskluz mid-dnub originali. Dan ghaliex skond l-istess Santu Wistin, l-istess att tat-tnissil li bih wiehed irid jifhimhom fil-kuntest tat-tilwima li fiha ntqalu u minnhom wiehed ma jistax jislet fic-cert l-ebda konkluzjoni, izjed u izjed meta tqabbilhom ma' xi siltiet ohra bhal dak li ssemma fuq (De Nat et Grat 42,60).

Fost il-virtujiet li Santu Wistin jilmah f' Marija, insibu l-Fidi. Narawha fit-thabbira ta' l-Anglu: "L-Anglu habbar, il-Vergni semghat, emmnet u nislet. Il-fidi hi fil-mohh u Kristu hu fil-guf" (Omelija 196, 1, 50).

Bir-ragun kollu, il-Papa Gwanni Pawlu t-Tieni fl-enciklika 'Omm il-Feddej' ighidilna: "Marija qalet il-fiat taghha bil-fidi". Bil-fidi ntelqet f' idejn Alla bla ebda kundizzjoni u "tat ruhha kollha kemm hi bhala tal-Mulej ghall-qadi tal-persuna u l-hidma ta' Binha. U dan l-Iben kif ighallmu l-missirijiet tal-Knisja nissiltu bil-fehma taghha qabel ma nissiltu fil-guf taghha, u dan (ghamlithu) sewwa sew bil-fidi" n.13.

Mill-fidi li tkebbset f' Marija l-Imhabba. "It-tnissil qaddis fil-guf tal-Vergni ma sehhitx bil-qawwa tal-konkupixxenza, imma bil-hegga ta' l-imhabba mnissla millfidi". Om. 214.

Ottubru 2009

Il-Koroncina tal-Madonna...

Ir-Ruzarju Agostinjan!

P.Josef Sciberras

 Il-familja Agistinjana matul iz-zminijet uriet id-devozzjoni lejn il-Vergni Marija b' hafna suriet. Matul aktar minn 750 sena ta' storja l-ahwa Agostinjani, fuq l-ezempju ta' Santu Wistin, raw f' MArija dik ix-xbieha tal-Knisja, x-xbieha tal-komunita nisranija li tilob u taqsam kollox flimkien, sabiex thabbar minn issa il-hajja li ghad ingawdu fis-sema, meta kollox osor haga wahda fi Kristu.Fost il-modi li bihom l-Ordni Agostinjan kien u ghadu jfahhar u jitlob lil Marija, insibu  il-Koroncinja tal-Madonna tal-Konsolazzjoni. Ma nafux sewwa sew meta u kif bdiet din it-talb. Jista' jkun li kienet marbuta mat-terzjarji agostinjani, li sa minn tmiem is-seklu XIII bdew jixxettlufl-Ordni kollu. Zgur li hemm rabta mat-titlu tal-Madonna tal-Konsolazzjoni, jew fif nafuha ahjar, tac-Cintura. Il-papiet ghanew din it-talba b' numru kbir ta' indulgenzi ghal dawk kollha li jitolbuha bid-devozzjoni.

Il-qima lejn il-Madonna tac-Cintura, imwerrda mad-dinja mill-Ordni Aqostinjan li ghazel lil Marija omm Alla bhala il-patruna principali tieghu, issib l-ghajn ewlenija taghha fi Kristu, li bil-mewt u l-qawmien tieghu kisbilna d-don tal-frag, tal-konsolazzjoni. Dan jaghtiehulna permezz ta' l-Ispirtu s-Santu, ghajn ta' kull frag fit-tigrib . It-talba tal-Koroncina trid terga' tqanaqal fina dawk l-istess sentimenti li kellha il-komunita' nisranija tal-bidu, meta fic-cenaklu d-dixxipli u l-Appostli kollhom biza u tensjoni, kienu qed jistennew il-migja ta' l-Ispirtu s-Santu. Il-komunita' kienet migbusra fit-talb flimkien ma' Marija omm Gesu' (ara Atti 1, 14). Permezz tar-Ruzarju Agostinjan, inxandru u nsahhu tal-fidi taghnafil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu li jaghtina il-farag fl-inkwiet taghna. Din il-fidi hi mxandra hekk kif insibuha fil-Kredu ta' l-Appostli, is-sinjal ta' l-ewwel komunita' nisranija. Bil-prezenza ta' Marija, din il-komunita' kienet taqla' d-don tal-konsolazzjoni.

 

Kif tintalab il-Koroncina

wara r-riforma liturgika tal-Koncilju Vatikan II, il-forma tal-Koroncina giet imgedda. Din it-talba, hekk sabiha u antika, tintalab hekk: wara li jixxandar tal-misteru tal-fidi kif insibuh fil-Kredu (ez: 1. Jiena nemmen f' Alla wihed il-Missier li jista' kollox li halq is-sema u l-art; 2. Nemmen f' Gesu Kristu, Ibnu wiehed Sidna; 3. ...), tinqara silta ckejkna mill-kitbiet ta' S.Wistin missierna. Wara hin qasir ta' riflessjoni personali fuq dak li jkun inqara, tinghad it-talba tal-Missierna u s-Sliema. Hemm tnax il-misteru tal-Kredu, tinghad is-Salve Regina, u din it-talba ta' konkluzjoni:

"Mulej Gesu' Kristu, Missier ta' kull hniena, u Alla ta' kull fraga, dawk kollha li jemmnu fik jifirhu bil-harsien ta' l-Imqaddsa Vergni Marija, Omm tal-Konsolazzjoni. Aghtina li bl-intercessjoni taghha ta' omm, inkunu mehlusin mill-hazen ta' din il-hajja u jkun jisthoqqilna li naslu ghall-hena ta' dejjem fil-genna, fejnint tghix u ssaltan ghal dejjem ta' dejjem. Amen".

 Hija talba semplic, izda ghanja fil-kontenut. Iktar milli tenfasizza fuq talb ripetittiv, tghin fil-kontemplazzjoni tal-misteri tal-fidi taghna, kif gew imwassla lilna mill-Appostli. L-ghan hu li permezz tad-devozzjoni taghnalejn l-Omm tal-Konsolazzjoni, li bic-Cintura mbierka taghha trid tkun sinjal ghalina ta' l-imhabba li Kristu ghandu ghalina, ahna lkoll nikbru fil-fidi, fit-tama, u fl-imhabba.

Artiklu mehud mill-Ktieb tal-Festa Madonna tac-Cintura 2002

Settembru 2009

Nersqu lejn il-Madonna

L-Omm taghna tas-Sema

P.Ambrog Delia

 Fost l-isbah celebrazzjonijiet li naghmlu fil-Knisja KAttolik, zgur li jispikkaw dawk li naghmlu bies infakkru l-Madonna, l-Omm taghna tas-sema u dan bir-ragun kollu, ghax il-Madonna, Omm Alla giet moghtija lilna bhal ommna wkoll.

X' misteru kbir! Kieku wiehed joqghod jahseb f' dan, ma jistax ma japprezzax kemm Alla jhobbna!

Marija, t- tfajla ta' Nazaret giet maghzula minn Alla biex tkun Omm l-Iben ta' Alla maghmul bniedem biex jifdina u jsalvana. Huwa baghtilha l-messagier tieghu l-anglu Gabrijel biex iwasslilha dan il-messagg fejjiedi. L-anglu sellmilha u qalilha: "Sliema ghalik, mimlija bil-grazzja, il_mulej mieghek...tibzax Marija , ghax int sibt grazzja quddiem Alla...int se tnissel fil-guf u jkollok iben u ssemih Gesu', Hu jkun kbir u jkun issejjah Bin il-Gholi...u ma jkunx hemm tmiem ghas-saltna tieghu ...L-Ispirtu s-Santu jigi fuqek u l-qawwa tal-Gholi tixhet d-dell taghha fuqek u ghalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjah Bin Alla..." Wara dan id-djalogu mal-anglu Marija qalet: Ara' jiena l-qaddejja tal- Mulej ha jsir minni skont kelmtek."

 Insibu wkoll li meta MArija marret izzur il-qariba taghha Elizabetta, din mimlija bl-Ispirtu s- Santu nfexxet f' ghajta kbira, ikkonfermat dan kollu u qaltilha:" imbierka inti fost in-nisa  w imbierek il-frott tal-guf tieghek. U min fejn gieni dan li Omm il-Mulej tieghi tigi ghandi?...Hienja dik li emmnet li jsehh kull ma bghat jghidilha l-Mulej!".

Din il-grajja nafuha, imma xieraq li nfakkru l-valur taghha: x' sehem ewlieni ghandha Marija fl-istorja tas-salvazzjoni taghna!

Fl-eghluq il-hajja ta' Kristu fuq din l-art hija fil-persuna ta' gwanni, ll-appostlu giet moghtija lilna bhala ommna meta minn fuq is-salib lil Gwanni qallu: Hawn hi ommok! (Gw.19,27). Iktar 'il quddiem insibuha titlob flimkien ma' l-Appostl: (Atti 1, 14) u ghandna nifhmu li kellhasehem kbir fl-ewwel zminijiet tal-Knisja.

Dawn il-grajjiet ma jistghux jaharbu minn ghajnejn dawk li jridu jaghtu l-appogg fl-ispirtu ta' l-Evangelj, l-isforzi ghall-helsien tal-bniedem u tas-socjeta'. Marija ma tidhirx biss bhala Omm li jimpurtaha biss minn Binha divin, imma mara li bl-agir taghha qawwiet il-gemgha ta' zmien l-appostli fi Kristu(Gw2:1-12)u l-missjoni taghha twesset ufuq il-kalvarju saret universal. Dawn m'humiex hlief ezempji li minnhom jidher car kif ix-xbieha tal-Vergni ma tqarraqx ix-xewqat tal-bnedmin ta' zmienau toffri mudell perfett ta' dixxiplu tal-Mulej: bennej tal-belt ta' din l-art u materjali, imma pellegrin bil-ghaqal lejn il-belt tas-sema u eterna; habrieki ghall-gustizzja li tehles lil batut u ghall-imhabba li tibni lil Kristu fil-qalb. (Pawlu VI: Marialis Cultus n.37).

Matuliz-zminijiet hafna rrikorew lejn Omm taghna tas-sema biex jitolbu l-ghajnuna spiritwali u materjali li kellhom bzonn u nisgulha talbiet tassew sbieh (Ara ktieb tal-kant: Infahhru lil Mulej bil-kant, n.215)

Imqanqlin minn din il-konvinzjoni llum li qed infakkru lil Marija bhala Omm il-farag/il-konsolazzjoni b' fiducja kbira nitolbuha ghall-gid spiritwali taghna, ghall familji taghna, ghall-morda, ghal art twelidna u ghal- dawk li l-aktar jinhtiegu l-ghajnuna tal-Mulej.

 

Inselmulek, o Marija, Hajja. Hlewwa u TAMA TAGHNA

 

Dan l-artiklu deher fil-ktieb tal-festa tal-Madonna tac-Cintura 2009

Awwissu 2009

Il-Madonna tac-Cintura f' Haz-Zebbug

Dun Salv Caruana

Il- fratellanza tal- Madonna tac-CIntura f' Haz-Zebbug twaqqfet fis-sena 1721, fi zmien il- kapillan Gwann Battist Sagnani. Fl-istess sena giet amalganata ma' l- Arcikonfraternita' ta' San Gakbu ta' Bolonja.

 

Fi zmien ta' qabel l- ahhar gwerra dinjija, il- fratellanza kienet attiva sewwa, imma wara, bhall- Fratellanza tal- Madonna tal-Karita, bdiet, bil-mod il-mod, tonqos fin-numru ta' l- imsehbin. Forsi, dan gej,ghaliex illum il- fratellanmza ma ghadx ghandha prokuratur ghaliha, bhal xi qassis jew sekular li jiehdu hsiebha. L-istandard tal- Fratellanza ghadu johrog fil- purcissjoni tal- festa ta' San Filep.

 

Il- kappella ta' din il- fratellanza li qieghda magenb il- kappella tan- nicca ta' San Filep kienet iddedikata lil Santa Barbara. B' digriet tal- kurja ta' l- isqof tal- 11 ta' Mejju 1720 giet iddedikata lill- Madonna tac-C intura. Sentejn wara, il- fratellanza ordnat kwadru ghall-artal, ghand il-pittur  Enrico regnaud. Dan il- kwadru (320cm*192cm) ghalkemm xi ftit iffullat bil- figuri tal- qaddisin hu meqjus kwadru artistiku, anzi wiehed mit- tajbin ta' regnaud. Il- figura ta' Santa Barbara li qiehda n-naha ta' isfel tal- kwadru  tiddomina l- kwadru. Dan Forsi biex jidher li darba l- kappella kienet iddedikata lilha. Sa ftit tas- snin ilu l- kwadru kien errinjamen, attribwit lill- bittur Rocco buhagiar. Billi ghar- raguni ghal ftit mill- post u l- istudjuzta' l- arti Keith Sciberras M.A., M.Phil. dejjem wera dubji serji fuq l- awtencita' tieghu, saret attenzjoni biex forsi l- isem tal-veru awtur jigi skopert kif fil- fatt gara.

 

Il- kwadru ta' Regnaud ghal xi snin gie mibdul ma' wiehed impitter minn Lazzaro Pisani(1924). il- Kwadru ta' pisani kellu tliet figuri principali, il- Madonna bil- Bambin, it- tnejn b' wicchom mimli hniena jharsu lejn Santa Monika u din b' wicc imnikket titlob quddiemhom. L-ghaqda li tidher f' dan il- grupphi tassew spiritwali u artistika. fuq il- genb l- iehor hemm Santu Wistin bl- ilbies veskovili. F' 1957 il- pittur Rafel Bonnici Cali gie awtorizzat mill- prokuratur Dun Anton Galea jirrestewrah. Tul dawn l-ahhar snin dan il- kwadru gie mdendel fis- sagristija.

Il- vara li tuza din il- fratellnaza ghall- purcissjoni hija dik tar- ruzarju. Minflok il- kuruna tar- Ruzarju titqieghed cintura f' idejha. L- istatwa thallset minn tliet fratellanzi: tal- Karita', tar- ruzarju u tac- CIntura. L- istatwa ddisinjaha l- pittur Zebbug Gio. Nicolo buhagiar, impittra minn Simone Buhagiar, skolpita minn Pietro Felici, u l- pedestall gie maghmul minn Antonio Fabri.

Lulju 2009

 Marija Kewba tat-Tama

 

Fl- Ittra Encikloka, Spe Salvi, il- Papa Benedittu XVI jfakkarna li: "il- Hajja tal- bniedem hija mixja. Fejn sa tintemm? Kif insibuha t- triq? Il- hajja hija bhal vjagg fuq il- bahar ta' l- istorja, sikwit mublam u mqalleb, vjagg li fih niflu l- kwiekeb li juruna t- triq. Il- kwiekeb veri ta' hajjitna  huma l- peruni li kienu jafu jghixu hajja tajba. huma dawl ta' tama. " ( Spe Salvi, 490. U liema persuna tista' aktar minn MArija, l- Omm taghna, tkun ghalina kewba ta' tama'. Hija li tradizzjonalment tissejjah bhala "Kewba tal- bahar" (Ave MAris Stella), il- kewba li tigwidana fid- direzzjoni t- tajba.

Marija hija Ommna u l- Gwida taghna, u ghalhekk hija ghandha rwol importanti fil- mixja taghna ta' qdusija, fil- konformazzjoni lejn Binha, Gesu'' Kristu. Ghalhekk, ahna bhala nsara, il- vokazzjoni taghna hijali nghixu l- istat ta' Gesu' u dak l- istat huwa li nkunu Bin Marija. U dan ma jfissirx li naraw lil Marija f' xi ghamla ta' divinita' feminili. Id- devozzjoni taghna lejn Marija hija b' mod eminenti ccentrata fuq Kristu Huwa Gesu' li jiggwidana lejn Ommu MArija u li jghatijilna bhalha ommna. Niftakru li meta kien fuq is- salib, fl- ahhar kelmie, Gesu' qal: " MArija hawn hu ibnek.....Hawn hi ommok".

Ghalhekk jekk imorru ghand Marija huwa ghaliex Gesu' Kristu hallijilna bhalha ommna u bhala gwida ghalina. U ghalhekk, meta ahna nkunu qrib taghha. qrib qalbha, nsibu li hija mimlija mhabba lejn Gesu''. Kull hagaf' Marija tipponta lejn Gesu'.

  Ghalhek, id- devozzjoni Marjan, l- imhabba filjali ( li wiehed jistenna minghand iben jew bint) ghal Marija, ma hijiex xi haga ekstra jew xi dekorazzjonu fit- tapezzerija tal- fidi taghna. Hija haga essenzjali. hija Ommna, u bhala omm tajba, hija  attenta ghall- bzonnijiet taghna u taghmel milli tista' biex tqarribna lejn binha, Gesu' Kristu. U dan naraw car fit-Tieg ta' Kan, meta hija qalet lil Gesu' " ma ghanhomx inbid" (Gw2, 3). frazi li ntqalet b' mod semplici imma delikat, li filwaqt li turi r- rispett lejn Gesu' turi wkoll l- interess taghha ghall- htigijiet ta' l- gharrajjes. Hija tkun ikkoncernata u konxja ghall- bzonnijiet taghna, li tipprezenathom lil dak l- uniku wiehed li jista' jwiegeb: Kristu.

 U Marija qalet lill- qadejja, u fihom lilna wkoll: "Aghmlu kull ma jghidilkom Hu" (Gw 2,5), turina t- triq biex tissodisfa l- pjan ta' Alla: aghmlu kull ma jghidilkom Hu. Biex nikbru fil- fidi taghna: aghmlu kull ma jghidilkom H. Biex nsiru qaddisn u nakkwistaw l- vera' ferh: aghmlu kull ma jghidilkom hu.

Ghalhekk, meta r- rihtat- tentazzjoni jqum; meta tkun misjuq fuq il- blat tat- tribulazzjoni hares lejn l- kewba, ghajjat lil MArija; u jekk int imwaddab fuq l- imwieg tas- suppervja, ta' l- ambizzjoni, ta' l- ghira, tar- rivalita', hares  lejn l- kewba, ghajjat lil Marija. jekk ma tafx liema triq ser taqbad, jekk int mitluf fil- moghdijiet tal- hajja, isma' lil MArija, u segwi l- ezempju taghha u " Aghmlu kull ma jghidilkom Hu".

Jalla, Ommna MArija taht i

 

Gunju 2009- San Gorg Preca u l- Madonna tac- Cintura

San Gorg Preca u l-Madonna tac-Cintura

John Formosa SDC

Peress li f' Gunju jahbat it-tieni anniversarju minn meta Dun Gorg Preca gie kkanonizatqaddis. Ahna hassejna li l-artiklu tax-xahar ta' Gunju ghandu jitratta lil San Gorg u l-Madonna tac-Cintura.

Dwar il- Madonna tac- Cintura Dun Gorg kiteb kiteb li jismu ' Tahdit ghat- Tfal', originarjament miktub fis- snin ghoxrin tas- seklu l- iehor. Il- ktieb kien mahsub ghall- katekisti li kienu jiehdu hsiebit- tfal imfarfrin f- eta'.Propju fl- ahhar tahdita(Nr. 53), Dun Gorg jitratta fuq ic- CIntura. Wara li jaghti fil- qosor l- istorja ta' fif bdiet id- decizzjoni lejn ic- Citura tal- Madonna huwa jitkellem ukoll fuq il- grazzji u beneficcji li jircievu dawk li jithazzmu biha. Halla miktub: " Bosta u bosta ghegubijiet huma rregistrati fl- Istorja biex wiehed jara kemm tassew qawwija ghal- kollox hija c- Cintura, mhux biss  ghal dak li jmiss il- hajja tar- ruh, mma wkoll ghal dak li jmiss il- gisem. Ghalhekk Marija Santissma Ommna tatna c- Cintura biex b' mod specjali biha hija tikkonslana". Huwa jsemmi wkoll xi  mirakli li sar permezz taghha, fosthom il- helsien mill- gharqa ta' tifel li kien waq' f' bir u li gie mehlus mirakoluzament permezz tac- Cintura tal- qaddis Agostinjan San Gwann min San Facundo.

Dun Gorg jispicca t- tahdita tieghu fuq ic- Cintura b' dawn il- kelmiet: "Meta intiggib fi hziemek ic- Cintura ta' Marija Santissma, il- labtu tagha f' ghonqok u f' idejk  ir- Ruzarju taghha, inti minghajr dubju tkun iffavorit b' mod specjali minn Marija Santissma: iffavorit fil- hajja billi hija kontinwament tnissel fik l- Ispirtu tal- biza ta' All, biex taghmlek oggett tal- hniena tieghu kif hija stessqalet li l- hniena tieghu minn nisel ghal nisel ghal dawk li jibzghu minnu: iffavorit fil- mewt li tkunlek fil- grazzja ta' Alla; iffavorit wara l- mewt ghall- merti kbar taghha  ta' Omm Alla li hija".

 

Mejju 2009

Il-Qima lejn il-Madonna

P. Ambrose Delia

Il- qima tal- knisja lejn il- Vergni Marija hija punt importanti tal- qima nisranija. Il- qima li l- knisja taghti lil Omm il- Mulej f' kull post u f' kull zmien, mill- barka tat- tislima ta' Elizabetta, meta b' ghajta kbira qalet lil Marija, li wara nislet fil- guf bl- opra ta' l- Ispirtu s- Santu marret izurha: "Imbierka, inti fost in- nisa... u min fejn gieni dan li Ommm il- Mulej tigi ghandi.. hienja dik li emmnet li jsehh  kull ma baghat jghidilha l- Mulej" (Lq 1:42-45) sat- tifhir u t- talb ta' zmienna, hija xiehda mill- aktar qawwija tar- regoli ta' talb tal- Knisja.

Din il- qima lejn il- Madonna ghandha l- gheruq fondi taghha fil- Bibbja, il- Kelma rivelata, u fuq bazi qawwija  ta' fidi: il- kobor wahdieni ta' Marij, "Omm l- Iben t' Alla u ghalhekk Bint l- aktar  mahbuba tal- Missier, u l- ghmara tal- Ispirtu s- Santu: ghaliha dan ir- rigal ta' grazzja specjali kien bil- bosta qabel kull hlejqa ohra, keemm tas- sema kif ukoll ta' l- art" (LG. n.53): is- sehem taghha fil- hinjiet l- aktar importanti fil- grajja  tal- fidwa, imwettqa mill- iben; il- qdusija taghah, shiha fit- tnissil bla tebgha u li zdied kull meta nghaqsdet mar- rieda tal- Missier u ghaddiet mit- triq tat- tbatija; il- missjoni u l- post wahdieni taghha fi hdan il- Poplu ta' Alla, li tieghu hija siehba mill- aqwa; ezempju l- aktar jiddi u Omm ta' mhabba kbira; l- ghajnuna taghna bla waqfien u kollha frott, li ghalkemm imtella' fis- sema, hija mill- aktar qrib ghall- insara li jitolbuha.

Fl-ahharnett, il- qima lejn il Vergni Mbierka ssib il- valur taghha fir- rieda bla qies u hielsa ta' Alla, li bhala mhabba eterna u divina, kollox jaghmel skond il- pjan  ta' imhabba eterna u divina, kollox jaghmel skond il- pjan ta' imhabba.Huwa jhibbha lil Marija u ghamel Maghha hwejjeg kbar ; jhobbha ghalih innifsu u ghalina; taha ghaih u ghalina wkoll... Mela, xieraq u f' waqtu li ahna naghtu lil Madonna l- qima li jisthoqqilha u hekk inkunu fost ddawk i hi fl- Innu ta' tifhir taghha lil Alla qalet ... "minn issa 'l quddiem kull nisel isejjahlu hienja" (Lq. 1:46).

April 2009-

Liema kienu l-Konfraternitajiet li hargu

mill-Arcikonfaretrnita' tar- Rabat?

 

L- ewwel konfarternita' tac-Cintura, imwaqqfa barra l- knejjes tal- patrijiet agostinjani kienet dik ta' Hal- Luqa fis- sena 1719 wara talba i saret minn terzjarji nisa ta' l- Ordni Agostinjan.L- ewwel ma ghamlu qieghdu nkwadru tal- Madonna tac- Cintura f' artal laterali ta' San Mikiel fil- parrocca u immedjatatment wara twaqqfet il- konfraternita' taz- zewg sessi. F' anqas minn ghaxar snin hames konfraternitajiet kienu diga' mwaqqfin.

     Fis- sena 1720 H' Attard u Ha- Zebbug ghamlu l- istess u fl- 1721 konfraternita' ohra twaqqfet il- Mosta. Wara fis- sena 1726 konfraternita' ohra nibtet gewwa Hal Lija u fl- 1727 fil- Gudja. Fis- sena 171723 diga' nsibu kwadru tal- MAdonna tac- CIntura fil- parrocca ta' Hal Qormi u nsibu mwaqqfin konfraternitajiet tal- Madonna tac- Cintura f' Haz Zabbar, fil- Qrendi(1737), fil- Gharghur u fiz- Zjetun(1747) u fl- ahharnett f' Hal Tarxien. Hekkf' anqas min tletin sena hdax - il konfarternita' twaqqfu gewwa Malta.

     Barra dawni il- konfarternitajiet u l- artali rispettivi taghhom, insibu artali ohrajn tal- Madonna tal- Konsolazzjoni li ma kellhomx konfraternita' taghhom, insibu artali ohrajn  tal- Madonna tal- Konsolazzjoni li ma kellhomx konfraternita' taghhom. Hekk insibu l- artal fil- parocca ta' B' Kara u fl- Oratorju ta' San Filippu fil- Birgu. Zewg Parocci ohrajn la kellhom konfraternita' u lanqas artali tal- Madoona tac- Cintura kienu Bormla u Hal Ghaxaq, izda din id- devozzjoni marjana kienet tezisti. gewwa Bormla fis- sena 1771 kienet issir il- festa tal- Madonna u gewwa Hal Ghaxaq fis- sena 1781.

      Din id- devozzjoni marjana nsibuha tinxtered fis- seklu tmintax fil- gzira taghna bis- sahha tat- terzjarji ta' l- ordni Agostinjan.

Marzu 2009

Il-Banda l' Isle Adam fil-festi ta' San Anton Abbati u

l-Madonna tac-Cintura

Ir- Rabat huwa rahal storiku li laqa' fih kull gens u nisel li kiem hawn f' pajjizna. Gahdu sal- lum wiehed mill- aktar postijiet storici f' dawn il- gzejjer. Il- kultura fir- Rabat sa minn dejjem kienet wahda kbira u ma setax jonqos li ma jigux organizzati l- festi tal- qaddisin. Is- sehem tal- banda f' kull festa ghadu wkoll popolari sa zminijietna.

 

  Il- Banda l' Isle Adm taghraf l- ewwel surmast direttur lil Mastru Indri Borg. Id- data ufficjali tat- twaqqif tal- Banda l' Isle Adamhija marbuta mal- festa tal- glorjuz Patrijarka San Guzepp li tigi ccelebrata fir- Rabat ta' l- Imdina nhar id- 19 ta' Marzu ta' kull sena mill- wisq antika Arcikonfraternita' ta' San Guzepp. Barra minn hekk il- Banda tiehu sehem fil- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira, fil- festa tal- martirju ta' San Pietru u San Pawl, jigifieri fl- Imnarja.

  Il- Banda l' Isle Adam ta' kull sena tigi mistiedna ddoqq fir -Rabat u f' postijiet ohra.Fost il- festi li jsiru fir- Rabat , il- Banda tiehu sehem fil- festa ta' San ANton Abbati u l- Madonna tac- Cintura. Is- sehem tal- Banda fil- festa ta' San Anton ABbati jmur lura ghal Jannar tas- sena 1950, meta bdiet tigi mistiedna l- Banda l' Isle Adam mill- Arcikonfraternita' ta' san ANton Abbati. F' Settembru ta' l- istess sena l- Banda bdiet tiehu sehem fil- festa tal- Madonna tac- Cintura li tigi ccelebrata fl- istess knisja tal- Patrijiet Agostinjani.

   Ir- relazzjoni bejn il- Banda l' Isle Adam, il- Komunita' Agostinjana u l- Arcikonfraternita' ta' San Anton Abbati baqghu dejjem jitjiebu. Lejn l- ahhar tas- snin sebghin gie mqabbad il- mibki surmast Philip GAtt li dak iz- zmien kien ghadu kemm inhatar surmast direttur tal- banda, sabiex jikomponi Innu Popolari tal- Madonna tac- Cintura li ghadu jindaqq sallum f' nhar il- festa.