Waslet issa din is-siegha, li minn got tempju
nohorguk, indawwruk mar-Rabat taghna, biex
nuruk kemm inhobbuk!
Il-Komunita' Agostinjana flimkien
ma' l-Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u
San Anton Abbati
jiccelebraw il-festi Solenni f'gieh
Sidtna Marija Omm u Sultana tal-Konsolazzjni
gewwa l-knisja Konventwali ta' San Mark
bejn is-Sibt 29 ta' Awwissu u l-Hadd 6 ta' Settembru
2009.
Is-Sibt 29 ta' Awwissu: Ftuh tal- Festi Solenni f'gieh Sidtna Marija Sultana tal- Konsolazzjoni
Festa posticipata ta' Santu Wistin, Missier Spiritwali ta' l- rdni Agostinjan.
6.00pm:Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mir- Rev.Pirjol P.Josef Sciberras OSA li fiha jinghata l- bidu ghall-festi Solenni f'gieh il-Madonna tac-Cintura.wara l-quddiesa titkanta il-litanija tal-Qaddisin Agstinjani u l-innu popolari lil Madonnatac-Cintura.Il-vara devta u artistika ta' Sidtna Marija Omm u Sultana tal-Konsolazzjoni tkun taht il-mant taghha f'nofs il-knisja ghall-qima tal-fidi.
It-Tlieta 1 ta' Settembru: Jum ta' talb ghall-Qdusija tas-Sacerdoti
5:30pm: Talba tar-Ruzarju
6:00pm:Quddiesa animata.
6:30pm: Talb ta' tifhir u ringrazzjament u adorazzjoni ghall- Qdusija tas-Sacerdoti mhejjija mill-Grupp ta' Talb Madonna tac-CIntura.
L-Erbgha 2 ta' Settembru: L-ewwel Jum tat-Tridu
5:30pm:Talba ta'l-Ghasar flimkien mal-Komunita' Agostinjana
6:00pm:Quddiesa animata bil-priedka tat-Tridu minn P.Charles Fenech OP. Wara l-quddiesa jkun hemm l-espozizzjoni, mument ta' adorazzjoni u Barka Sagramentali.Waqt il-kanta ta' l-Innu Popolari tal-Madonna tac-CIntura jsir il-bews tar-Relikwa.
8:00pm:Mixghela generali tat-torq ta' madwar il-Knisja ta' San Mark.
Il-Hamis 3 ta' Settembru: It-Tieni Jum tat-Tridu
5:30pm:Talba ta' l-Ghasar flimkien mal-Komunita' Agostinjana
6.00pm:Quddiesa animata bil-priedka tat-Tridu minn P.Charles Fenech OP.Wara l-quddiesa jkun hemm l-espozzizjoni, mument ta' adorazzjoni u Barka Sagramentali. Waqt il-kanta ta' l-Innu Popolari tal- Madonna tac-CIntura jsir il-bews tar-relikwija.
8:00pm:MIgxhela Generali tat-toroq ta' Madwar il- Knisja ta' San Mark.
Il-Gimgha 4 ta' Settembru: It-Tielet Jum tat-Tridu
Festa Liturgika tal- Madonna tac-Cintura
5:30pm:Talba ta' l-Ghasar flimkien mal-Komunita' Agostinjana
6:00pm:Quddiesa animata bil-priedka tat-Tridu minn P.Charles Fnech OP. Fi tmiem il-quddiesa ser jigi mbierek u mqieghed l-istellarju l-gdid li nhadem ghall-istatwa l-antika tal-MAdonna tac_Cintura li s-sena l-ohra kienet restawrata.wara jkun hemm l-espozizzjoni,mument ta' adorazzjoni u Barka Sagramentali. Waqt il-kanta ta' l-Innu Popolari tal-Madonna tac-Cintura jsir il-bews tar-relikwa.
8:00pm:Mixghela generali tat-toroq ta' madwar il-Knisja ta' San Mark.
8:30pm:Laqgha socjali u familjari ghall-benefatturi tal-Knisja ta' San Mark b'mod specjali ghal dawk li ta' kull sena jghinuna fil-preparazzjni tal-festa .
Is-Sibt 5 ta' Settembru: Lejlet il-Festa ta' Sidtna Marija Sultana tal- Konsolazzjoni
5:30pm: Talba tar-Ruzarju
6:00pm: Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Madonna minn fuq l-artal tal-Madonna tac-Cintura u Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.Rev.Prvincjal P.Lucjan Borg OSA.Wara jkun hemm l-espozizzjon, mument ta' adorazzjoniu Barka Sagramentali. Waqt il-kanta ta' l-Innu Popolari tal-Madonna tac-Cintura jsir il-bews tar-relikwa.Mal-bidu tat-Tanslazzjoni Solenni jsir hruq ta' salut u kaxxa nfernali.
8:30pm: Il-Banda Dekana L'Isle Adam tar-Rabat tferrah it-torq principali tar-Rabat bil-marc tradizzjonali taghha. Il-marc jibda minn quddiem il-Knisja bd-daqq ta' l-Ave Marija u jkmpli ghaddej ghal Triq l-Isptar , Triq il-Kbira, Triq San Pawl ghal quddiem il-kazin l'Isle Adam u jkompli ghaddej fi Triq San Guzepp, triq Santu Wistin u Misrah Santu Wistin fejn jerga jsellem bid-daqq ta' l-Innu Popolari.
10:00pm: Loghob tan-nar ta' l-art fi Vjal Santu Wistin.
Il-Hadd 6 ta' Settembru: Jum il-Festa
7:00am u 8:30am: Quddiesa tal- Hadd
10:00am: Quddiesa mmexxija mill-W.Rev. Arcipriet tal- PArocca ta' San Pawl, Kan. L. Suban
6:00pm: Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku ghall- Malta li ser jippriedka f' gieh Sidtna Marija Omm u Sultana tal- Konsolazzjoni.
6:30pm: Marc mill-Banda Dekana l'Isle Adam minn quddiem il-kazin li jghaddifi Triq San Guzepp u Triq Santu Wistin ghal quddiem il-knisja.
7:30pm: Hrug tal- purcissjoni bl-istatwa devota u artistika tal- Madonna tac-Cintura.Fil-hrug il-Banda Dekana l'Isle Adam issellem lill ommna Marija bid-daqq ta' l-Innu Popolari u l-innu Marc .Wara l-hruq tal-kaxxa nfernali, jinghata bidu ghall- pellegrinagg bit-talba tar- Ruzarju li jghaddi mis-Saqqajja, triq il-Kbira u triq San Pawl.Il-Banda Dekana l'Isle Adam tkompli takkumpanja l-vara minn quddiem il-kazin tul Triq San Pawl, triq San Guzepp, Triq Santu Wistin u Misrah Santu Wistin fejn il-banda taghti l-ahhar tislima lill-vara ta' Sidtna Marija fid-dhul taghha lura fil-knisja
Mal-hrug tal-vara devota u artistikajkun hemm hruq ta' salut u kaxxa nfernali. Wara jkun hemm hruq ta' Murtali u murtaletti biex jakkumpanjaw il-purcissjoni. Mad-dhul tal- vara lura fil-Knisja tinharaq kaxxa nfernali.
9:30pm:Dhul tal-vara tal-Madonna tac-Cintura lura fil-knisja. Wara jkun hemm celebrazzjoni ewkaristika u tinghata l-barka Sagramentali.Wara l-barka Sagramentali jitkanta l-Innu Popolari.
Matul il-festa il-kant waqt il-liturgija isir mill-Kor San Mark, taht id-direzzjoni ta' P.Pierre Desira OSA filwaqt li d-direzzjoni tal- Banda Dekana l'Isle Adam tkun f' idejn is-surmast Mro.J.Galea LCM.
In-nar kollu, kemm ta' l-art kif ukoll ta' l-ajru, li ser jinharaq waqt il-jiem tal-Festa, inhadem mill-kamra tan-nar 'Our Lady of Conslation' tal-Gudja
Palma naghtu lil minn martri, gilju naghtu
lis-safjin, izd' int akbar O Marija, ghax int omm
Gesu' Bambin
Sabiha Madonna Ghax int' omm Alla Inti omm sidna, U ommna wkoll
Lilek inhobbu Lilek inqimu Ghax bik nifirhu Int' sidtna wkoll
Int omm il-farag Ghax lilna thobb Kull hin, kull meta Harstek izzomm
Fuqna bnedmin Ghax midinbin Lilna tpoggina Mal-maghzulin
Int wisq sabiha U ma hawnx bhalek Id-dinja kollha Bewsa titfaghlek
Int' omm il-farag Mill-hemm tehlisna Kull x'hin nitolbu Lilna tismaghna | Poezija mIktuba minn P.Guzi Mifsud OSA
Ghax bik immorru Kontra l-kurrent Ta' din il-hajja U f' kull mument
Inti omm taghna Mieghek haddanna vergni Marija Taghna s-sultana
Ghax int' omm Alla Int' omm hanina Int' omm sidna U ommna wkoll
Lilek inhobbu Lilek inqimu U bik nifirhu Ghax sidtna ilkoll
Int' omm il-farag Ghax lilna thobb Kull hin kull meta Ghajnejk izzomm
Fuqna bnedmin Ghax midinbin Lilna int tqieghed Mal-maghzulin. |

Din hija l-qoxra tal-ktieb tal-Festa tal-Madonna tac-Cintura 2009.
Pubblikazzjoni ta' l-Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati.
Issetjat: Agostinjani Rabat
Editur: Antonio Camilleri
Stampat: Bonnici Press, Valletta
Hajr: lill-kontributuri ta' l-artikli flimkien ma' l-isponsors.
Messagg mid-Dirretur Spiritwali
P.Josef Sciberras OSA
“Hija u ticcelebra kull sena l-Misteru ta’ Kristu, il-Knisja mqaddsa tivvenera b’imhabba specjali l-Imqaddsa Vergni Marija, Omm Alla, li nghaqdet ma’ Binha b’rabta li ma tin]hll qatt fl-opra tieghu tas-salvazzjoni. F’Marija l-Knisja tammira u tfahhar, l-oghla frott tal-fidwa u tara fiha qisu fi xbieha l-aktar safja, dak li tixtieq u tittama li ghad tkun kollha kemm hi fil-hajja ta’ dejjem”. (Sacrosanum Concilium, 103)
F’dawn il-kelmiet, mehuda minn wiehed mid-dokumenti l-aktar importanti li hargu mill-Koncilju Vatikan II, hemm migbura is-sens ewlieni u t-tifsira ahharija tal-festa li sa minn mijiet ta’ snin ilu il-komunità Agostinjana ticcelebra f’gieh Ommna Marija, taht it-titlu ta’ Sultana tal-Konsolazzjoni. Il-bniedem jista’ jkollu hafna ragunijiet ghala jhoss li ghandu jiccelebra festa. Festi ta’ kull forma, ibda minn dawk ufficcjali ghal dawk l-aktar spontanji, maghmulin minn u ghal kull kategorija ta’ nies, narawhom kontinwament madwarna. Izda l-festa nisranija ghandha l-ispirazzjoni taghha mill-Misteru ta’ Kristu, u lejn Kristu trid twassal sabiex tkun meqjusa bhala tali.
Sfortunatament, id-dghjufija tal-bniedem, twassal g]al certi ghazliet – kemm personali u kemm dawk li jaghmlu parti mill-istruttura – li jbieghduh minn dan l-ideal. Minhabba f’hekk il-Knisja tibqa’ fi process sabiex il-festa nisranija tkun imsoffija. Hekk jistqarr b’mod car il-Pjan Pastorali tal-Arcidjocesi ta’ Malta (2009-2011): “Ikomplu l-passi sabiex il-festi jkunu tassew insara. Issir hidma fil-parrocci kollha biex mill-festi iccelebrati fil-knejjes f’Malta jispiccaw imgiba mhiex denja tal-bnedmina u ta’ nsara b’mod partikulari fil-marci; u esagerazzjonijiet fil-hsejjes tal-murtali, b’inkonvenjent g]hll-morda u bi hsara ghall-ambjent naturali” (p.15). Dan ghandu jsir bi sforz kollettiv sabiex il-Knisja tinbena f’komunià ta’ dixxipli ta’ Kristu, u l-ghemil ta’ kull min hu involut fil-festi ma jibqax medjokri imma joghla ghad-dinjità li nghatatlu permezz tal-maghmudija. Kristu tana kelma: “meta nintrefa’ ’l fuq mill-art, jien nigbed il-bnedmin kollha lejja” ([w 12, 32). Izda din il-kelma ma tistax issehh fir-realta jekk kemm-il darba il-festi taghna ikunu ghajn minn fejn inixxu valuri kontra l-Evangelju.
Il-festa li l-komunità Agostinjana tar-Rabat ticcelebra, flimkien mal-Arcikonfraternità ta’ Sant’Anton Abbati u tal-Madonna tac-Cintura, hi holqa ohra f’katina ta’ festi li t-tradizzjoni maltija sawret frott id-devozzjoni lejn ommna tas-sema. L-Ordni Agostinjan, waqt li xerred it-titlu tal-Madonna tac-Cintura, b’sinjal ta’ konsolazzjoni ghal bosta, jara f’Marija dik ix-xbieha safja ta’ dak li jixtieq u jittama li jkun, f’rabta intima ma’ Gesù Kristu.Ic-Cintura hija sinjal ta’ din ir-rabta. Mir-rabta taghna ma’ Kristu jnixxi l-farag li Alla tana, hu li “jfarrahna fid-dwejjaq kollha taghna, biex ahna, permezz tal-faragli bih Alla jfarrah lilna, inkunu nistghu nfarrgu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ dwejjaq” (2Kor 1, 3-4).
Il-festa tagna hi meqjusa bhala wahda ta’ daqs zghir. U din hi barka! Ma hemmx il-periklu li jkun hemm l-esagerazzjonijiet. Nisthajjel li c-cokon imur mal-ispirtu ta’ Marija, hi li stqarret li l-Mulej “jgholli li c-ckejknin”. Kollox idur mal-attivitajiet li jsiru fil-knisja, b’kontorn hlejju ta’ attivitajiet fuq barra li bl-ebda mod ma jxekklu dak li hu l-ghan veru tal-festa. Ghalhekk l-istedina sabiex kull wiehed u wahda minnha jersaq ghall-altar tal-Kelma ta’ Alla u l-altar tal-Ewkaristija fil-jiem tal-festa hi valida dejjem. Kif jghidu: “ma jigix minn ma jridx!”
Il-Knisja ta’ San Mark, li fiha tkun iccelebrata din il-festa, hi wahda li tilqg]ek. Dawn l-ahhar xhur sar xoghol ta’ restawr u konservazzjoni fuq diversi pitturi. Huwa dmir ta’ din il-komunità li thares il-wirt kulturali li r-religjuzi ta’ qabilna, bl-ghajnuna ta’ tant benefatturi, hallew ghalina. Dan jista’ jsir bl-ghajnuna tal-benefatturi ta’ zmienna.
F’isem il-komunità Agostinjana inrodd hajr lil kull min jaghti s-sehem siewi tieghu sabiex din il-festa, f’gieh il-Patruna tal-Ordni tal-Ahwa ta’ S. Wistin, tkun tista’ issir b’mod dinjituza u ghall-akbar glorja ta’ Alla. Is-sehem ta’ kull persuna, kemm mil-lat materjali u kemm mil-lat finanzjarju jew ta’ hidma volontarja huwa importanti. Jalla dan kollu jaghmel minna komunita ta’ dixxipli aktar imhegga ta’ Kristu, li tana lil Marija bhala ommna, li bis-sinjal tac-Cintura mqaddsa tfakkarna fid-don sabih tal-konsolazzjoni li ahna mistennijin inxerrdu madwarna, b]ala fwieha ta’ Kristu.
Messagg mill-Padrun
P.Lucjan Borg OSA
Fid-19 ta’ Gunju li ghadda, jum is-solennita’ tal-Qalb ta’ Gesu’, il-Papa Benedittu XVI nieghed sena saerdotali. Dan ghamlu sabiex ifakkar il-150 sena tat-twelid ta’ San Gwann Maria Vianney, l-kurat ta’ Ars. Ghal din l-okkazjoni l-Papa baghat ittra lis-sacerdoti kollha fejn wera x-xewqa li matul din is-sena s-sacerdoti jiggeddu interjorament biex b’hekk ikunu jistghu jaghtu xhieda aktar qawwija u incisiva tal-Vangelu fid-dinja tallum. Il-Papa bena l-ezortazzjoni tieghu fuq il-frazi li l-kurat ta’ Ars kien ihobb jghid: “Is-sacerdozju huwa l-imhabba tal-qalb ta’ Gesu’”. Benedittu XVI spicca l-ittra tieghu billi afda f’idejn il-Madonna din is-sena sacerdotali u talabha li “tqajjem f’qalb kull sacerdot zlan` gdid ta’ dawk l-ideali ta’ ghotja totali lil Kristu u lill-Knisja li kienu ta’ ispirazzjoni ghall-hsieb u l-azzjoni tal-qaddis kurat ta’ Ars.
Meta wiehed ihares lejn il-hajja tal-kurat ta’ Ars jara li dan quddiem is-sacerdozju kien jitwerwer mhux bil-biza’ imma bl-im]abba kbira li Alla afda f’dejn is-sacerdot. Ma kienx ihossu denn ta’ don hekk kbir u biex ikun jista’ jghix sewwa s-sacerdozzju tieghu, kien jqatta’hin twil quddiem Gesu’ fit-tabernaklu jikkontempla, ifahhar lill-Alla u jitlob li jkun tassew strument ta’ grazzja g]alih, g]all-parrocca tieghu u ghal hafna penitenti li kienu jmorru jqerru ghandu. X’inghidu mbaghad ghal kif kien iqaddes? Il-quddiesa tieghu kollha kienet att kontinwu ta’ adorazzjoni u ta’ espressjoni ta’ imhabba.
Jiena u naqra l-ittra tal-Papa ftakart fl-attitudni ta’ Marija hija u tghix il-misteru tal-Inkarnazzjoni. San Luqa jghidilna fil-Vangelu li wara li r-rghajja kienu marru jaraw lil Gesu’ fil-maxtura, adurawk u regghu lura lejn l-merhliet taghhom, Marija baqghet izomm f’qalbha u tikkontempla l-grajjiet kollha li kienet ghaddejja minnhom. F’din il-kontemplazzjoni Marija bdiet tifhem ahjar il-progett li Alla kien fdalha f’idejja. Hemm bdiet tifhem li hija kienet giet imsejha mhux bis s biex tkun l-Omm ta’ Alla mag]mul bniedem, imma wkoll l-omm tal-umanita’ li Kristu kellu jifdi. Kienet din il-meditazzjoni u adorazzjoni li wasslet lil Marija li ta``etta fil-milja tieghu l-misteru ta’ binha, spe`jalment il-misteru tas-salib u l-mewt. Bil-mod il-mod qalb Marija bdiet tifhem qalb binha u tintebah li minn din il-qalb kienet hierga mhabba divina li welldu l-umanita’ l-gdida mwettqa b’mod l-aktar sublimi fil-knisja.
Min-na]a tieg]u Kristu ried jafda f’idejn il-knisja l-missjoni tieg]u u waqqaf is-sacerdozzju halli s-sagrificcju tieghu maghmul darba ghal dejjem jiggedded ta’ kul jum fil-medda taz-zmien u tal-istorja. Krsitu waqqaf is-sacerdozzju sabiex is-sacerdot jkun il-pont bejn Alla u l-bniedem, l-istrument tal-hniena divina, l-espressjoni tal-Imhabba bla qies li Alla l-Missier f’Ibnu permezz tal-Ispirtu s-Santu jrid juri li bnedmin kollha. Kristu waqqaf is-sacerdozzju sabiex is-sacerdot ikun il-vuci ta’ dawk li ma ghandhomx vuci u jigu mkasbra fid-dinjita’ umana taghhom u t-tnehida tal-qalb tal-bniedem migugh fil-gisem u fir-ruh minhabba l-mard, il-problemi u d-dnub. Il-kurat ta’ Ars, jg]idilna il-Papa fl-ittra tieghu, kien ihobb jghid li s-sacerdot mhux qieghed hemm ghalih innifsu imma ghall-ohrajn.
Il-hajja tas-sacerdot dejjem kienet tqila. Illum il-gurnata forsi saret itqal minhabba l-esigenzi ta’ zminijietna u wkoll minhabba lid-dinja saret bhal belt wahda fejn dak li jigri eluf ta’ kilometri l-boghod isir maghruf mal-ewwel. Illum il-gurnata s-sacerdot ghandu sfidi kbar quddiemu u huwa ttentat li jigi mikul minn hafna attivitajiet. Ta’ spiss l-hidma pastorali u l-inpenji socjali tieghu ihalluh bla nifs, f’x’inhawi ma huwiex apprezzat, f’ohrajn ippersegwitah. Illum wiehed jitlob maturita’ psikologika qawwija mis-sacerdot u dan bil-haqq kollu. L-istess Papa jammetti li xi whud mis-sacerdoti ttradixxew il-missjoni tag]hom u bl-imgiba hazina taghhom ipperikulaw l-istess hajja tal-knisja. Nafu kemm certi nies jie]du gost izebilhu u jkasbru l-knisja meta jaqbdu xi sacerdoti fil-htija, specjalment b’certi oqsma tal-hajja.
Il-maturita’ psikologija ma hijiex bizzejjed sabiex is-sacerdot iwiegeb ghall-vokazzjoni tqila tieghu. Fuq kollox jehtieglu bazi soda ta’ hajja interjuri profonda. Minghajr din l-interjorita’ s-sacerdot jirriskja li jinxef minn gewwa u li l-ministerju sacerdotali tieghu jsir sterili. Meta dan jigri tbati il-komunita’ nisrani li bhalu tinxef u x-xhieda tal-Vangelu li tag]ti ma jkollix qawwa. Minghajr l-interjorita’ s-sacerdot ma jkollux dak l-entuzjazmu li bih ikunu jista’ jirbah l-inkomprenzjoni, jifhem il-veri htigijiet tal-poplu ta’ Alla afdat f’idejh u jorjenta lill-komunita’ nisranija biex taghti xhieda tal-valuri awtentici evangelici. Ming]ajr din l-interjorita’, meta s-sacerdot ikollu jghaddi mid-dezert interjuri jaqa’ fis-solutidini u n-niket, kollox jdejjqu u jitlef is-serenita’ u l-paci. Qalbu ma tkomplix thabbat bir-ritmu tal-qalb ta’ Kristu u jispicca biex jinghalaq fih innifsu, jitbieghed minn Alla u jhossu frustrat.
Missierna Santu Wistin kemm-il darba insista li l-bniedem gie mahluq biex jghix hajja hienja fuq din l-art. Qieghdin niccelebraw lill-Ommna Marija taht it-titlu sabih ta’ omm il-farag u tac-Cintura. Kristu tajielna bhala omm il-Knisja u ghalhekk hija wkoll omm is-sacerdoti. hadnet il-misteru tas-salib u ikkontemplatu f’qalbha. Ghalhekk hija l-omm li ma ghandhiex diffikulta’ tifhem il-hajja u t-toqol tas-sacerdozzju. hadd daqsha, barra s-SS.Trinita’, ma jista’ jkun ta’ farag ghas-sacerdoti. Ejjew ghalhekk f’dawn il-jiem ta’ festa nitolbu lill-Marija li tkompli tfarrag lis-sacerdoti bil-maternita’ divina u umana taghha. Hekk ikollna tassew sacerdoti hienja fil-Mulej u ahna nkunu nistghu nithennew maghhom u bihom u l-fidi taghna tkun tista’ tiddi bil-vera qdusija li mal-grazzja ta’ Alla tfejjaq d-dinja tallum mill-mard u l-griehi taghha.
Il-festa t-tajba lil kulhadd
P. Lucjan Borg OSA
Provincjal.Messagg mir-Rettur
Alfred Barbaro Sant
Ninsab kuntent li bhala r-rettur il-gdid u Rabti bhalkom, qieghed nikteb dan il-messagg.
F’ Jannar li ghadda, il-kumitat tal-Madonna ta' Cintura u ta’ Sant’ Anton Abbati flimkien mal-komunità Agostinjana tar-Rabat, ghogobom jahtru lili bhala Rettur ta’ l-Arcikonfraternità tal-Madonna ta` Cintura u Sant’ Anton Abbati. B’unur kbir, accetajt dan l-irwol u ser naghmel minn kollox biex niehu hsieb li nhares ir-responsabbilitajiet moghtija lili bl-ahjar mod possibli. Nippjana li naghmel dan bl-ghajnuna ta’ shabi kollha, li minn hawn nirringrazzjhom bil-quddiem ta’ dak kollu li jaghmlu.
Barra minn hekk, inhoss obbligu li nirringrazzja lill-Pirjol u lill-komunità Agostinjana tar-Rabat kif ukoll il-Provincjal talli wrew fiducja fija. Ninsab cert u b’konvinzjoni nghid li bl-ghajnuna tal-Madonna u l-kooperazzjoni ta’ kulhadd, inkomplu niccelebraw il-festi tant ghal-qalbna bid-devozzjoni li tant jixirqilhom. Ix-xewqa tieghI hi li l-festi taghna jonoraw lill-qaddisin patruni taghna. jien nispera li l-hegga tieghi naghddiha lil kull min ixtieq jippartecipa maghna lkol. Ilni snin nattendi ghall-festi li jsiru f’din il-knisja u kienu diversi drabi li kont noqghod forcina fil-purcissjonijiet tal-Madonna ta`Cintura u ta’ Sant’Anton Abbati u dan dejjem taghni gpst u sodisfazzjon. Inqerr maghkom illi dan se nitilfu imma ser inpatti g]alih b’responsabbilitajiet sbieh o]rajn. Se naffronthom b’kuragg u b’determinazzjoni biex il-festi jkunu success spiritwali ghad-devoti kollha.
L-ahhar mhux l-inqas, ninsab grat lejn il-kontributuri kollha. Bil-ghajnuna prezzjuza taghhom, id-determinazzjoni taghna tkun tista ssehh tassew. Nikkonkludi b’tislima lil dawk kollha li kellhom il-pjacir u l-kuragg li joofru s-servizzi tag]hom ghall-festi taghna imma l-Mulej ghogbu jigborhom mieghu. Ming]ajr din il-hidma passata taghhom, il-festi ta’ Sant’Anton Abbati u tal-Madonna ta`Cintura ma kienux ikunu dawk li huma illum.
Nispera li intom ukoll ilkoll ikollkom il-pjacir li taqsmu maghna id-devozzjoni taghkom lejn il-patruni tag]na.
Insellmilkom u l-festa t-tajba lil kul]add.
Alfred Barbaro SantMessagg mill-Vici Rettur
Joe Camilleri
Kull sena malli tghaddi Santa Marija, ir-Rabat tag]na jizzejjen b’fustuni, bandalori u pavaljuni li jfakkruna li waslet il-festa ghaziza tal-Madonna tac-Cintura. Hija festa ckejkna u helwa li kull sena tfakkarna f’ommna Marija li mis-sema tharisna u tikkunslana. Ghalkemm festa ckejkna, xorta wahda tinvolvi hafna xoghol u hafna drabi dan ix-xoghol jaqa fuq l-istess nies. Meta jkollok festa kbira, li saru jkunu hafna mill-festi fil-gzejjer taghna, jkollok ukoll numru akbar ta’ nies jahdmu fuq xi haga. Xorta wahda, nippreferi festa bhal taghna li ddur madwar il-knisja u mhux madwar xi pika. Bhala Arcikonfraternita li thaddan fiha wkoll il-kumitat tal-festi esterni tal-Madonna tac-Cintura qed inharsu l’ quddiem biex nxerrdu aktar informazzjoni dwar din il-festa ckejkna taghna. Aktar ma nigbdu nies lejn il-festa aktar inkabbru d-devozzjoni lejn Sidtna Marija Omm u Sultana tal-Konsolazzjoni. Flimkien irridu nahdmu b]ala Rabtin biex inressqu aktar nies lejn il-Madonna tac-Cintura omm ir-Rabtin kollha. Din hija festa li tghaqqadna kollha flimkien u ghandna nkomplu nahdmu biex flimkien nohorgu minn djarna, ningabru madwar ommna Marija u flimkien inkantawla biex bic-Cintura mqaddsa li hija zzomm f’idjha tkompli twennisna bhalma wennset qalb Santa Monika u bhala wkoll thejjilna qalbna bil-fjammi ta’ mhabbitha lejn binha Gesu. L-festa t-tajba!
Viva l-Madonna tac-Cintura!
Messagg mis-Segretarju
Emmanuel Sacco
Ghaddiet sena ohra u regghet waslet maghna festa ohra f’gieh il-Madonna ta`Cintura. Din il-festa li ilha ssir numru kbir ta’ snin, hija wahda li zammet l-elementi li kellha u baqg]et ma haditx forma gdida bhalma ghamlu tista tghid il-festi kollha madwar Malta u Ghawdex. Il-festi Maltin llum saru jigu ccelebrati fuq gimgha shiha, b’hafna armar, marci, briju u nar. Il-festa taghna min-naha l-ohra zammet l-istess format u ghalkemm f’ghajnejna tista tidher festa ckejkna, ahna nharsu lejha bhala festa tradizzjonali, festa li tfakkarna fil-festi kif kienu jigu ccelebrati fejn il-mira ewlenija hija c-celebrazzjoni religjuza fil-knisja. Barra minn hekk din il-festa hija festa li suppost tigbor lir-Rabtin flimkien. Ghalhekk ahna nibqghu nistinkaw, minkejja li xi kultant uhud min-nies qishom ma jifhmuhiex. A]na nibqghu nahdmu u nistinkaw ghax din mhix festa ta’ grupp jew ta’ partit izda hija festa li tigbor lir-Rabtin kollha. Marija Santissma tghaddi mit-toroq principali tar-Rabat u tbierek djarna u l-familji taghna. Izda ahna lesti nilqghu din il-barka? Ahna nitolbuha tberikna? Ejjew mela din is-sena bhala familja wahda nergghu naghtu tislima xierqa lil din l-omm tag]na matul din il-festa li ssir ghad unur taghha. Mill-qalb nawgura l-festa t-tajba lir-Rabtin kollha.
Viva l-Madonna tac-Cintura!
Messagg mill-Prokuratur
Sunny Micallef
Malli jibda diehel Lulju, ghalina li niehdu hsieb il-preparazzjoni tal-festa jkun ifisser li wasal iz-zmien tal-festa ghaziza ghalina.Mallewwel jibda xoghol fuq il-gbir ta’ reklami, setting tal-ktieb tal-festa, ftehim fuq l-armar tal-knisja u tat-toroq, xiri ta’ nar, ftehim fuq banda u affarijiet ohra li ggib maghha l-festa. Bhala prokuratur, hija ugieh ta’ ras biex issib l-g]ajnuna li tkun tixtieq. Nies biex jahdmu maghna waqt l-armar, dejjem ikollna izda meta tigi ghar-reklami u ghal sponsors mhux dejjem issib il-bibien miftuha, iktar u iktar ghax diversi azjendi jkunu jippreferu jirriklamaw ma’ festi li jigbdu numru kbir ta’ nies. Il-festa taghna sfortunatament ma tigbidx nies daqs kemm suppost ghalkemm nghidu l-verita l-knisja tkun dejjem mimlija u fil-purcissjoni wkoll ikun hawn ftit nies izda dejjem tkun tixtieq li jkollok aktar nies madwar Sidtna Marija. Il-festa mhix il-festa ta’ l-Arcikonfraternita u tal-Komunita Agostinjana biss izda hija festa tar-Rabtin kollha. F’din il-festa l-familji Rabtin jistghu jiltaqghu u jiehdu ftit gost flimkien. Minn qalbi nixtieq li aktar nies jithajjru jigu jaghtu daqqa t’id fil-festa u li tikber id-devozzjoni lejn din l-omm li tikkunslana f’kull mument difficli tal-hajja tag]na. Anke wara l-festa g]andek bicca xoghol kbira biex izzarma t-toroq u l-knisja. Jekk hemm min hu interessat, ahna lesti nilqghuh b’idejna miftuha. Nistednukom bies din is-sena ting]haqdu maghna f’din il-festa, anke fic-celebrazzjonijiet li naghmlu fit-toroq tar-Rabat. Il-prezenza taghkom hija diga sinjal ta’ kuragg ghalina. Nawguralkom il-festa t-tajba!
Viva l-Madonna tac-Cintura!
Settembru 2008
Matul dan ix-xaha, l- Arcikonfraternita' flimkien mall- Kommunita' Agostinjana fir- Rabat iccelebrat b' mod solenni l-festi f' gieh Sidtna Marija Omm u Sultana tal- Konsolazzjoni. Matul dawn il-granet sar restawr fuq xi ghamara tas-sagristija sabiex fihom ikun jistghu jintrefghu it-triehi u l-apparati tal-festa. B'hekk jintrefghu miftuha u mhux mitnija sabiex ma ssirilhomx hsara. ftit granet wara, propju fl- 14 tax-xahar, fil-knisja taghna, l-Provincja Agostinjana Maltija ccelebrat il-ProfessjoniSemplicic ta' Fra Luke Attard Bason OSA u Fra Terence Spiteri OSA li kienu ghadhom kif waslu mis-sena tan- novvizzjat li huma ghddew gewwa La Vid fi Spanja. fl-istess granet il-komunita sellmet lil David Cortis li marghas-sena tan- Novizzjat tieghu fil-Monasteru Imperjali ta' l'Escorial fi Spanja u li mistenni jerga' jkun maghna ghall-festa li ser niccelebraw fi ftit granet ohra.
Ottubru 2008
Wara li ntrefa l-armar kollhu tal-festa, il-Komunita' Agostinjana nhediet l-ewwel progetti kbar li kellha mfassal ghal din is-sena. Dan il-progett kien ir-restawrtaz-zewg kwadri laterali li nsibu fil-kor tal-knisja. Iz-zewg kwadri, kopji mill-isbah ta' zeg kapulavuri li jinsabu fil-Belt ta' Ruma jirraprezentaw lil Kristu fl-Ort u id-depozzizjoni tal-gisem bla hajja ta' Kristu wara li tnizzel mill-ghuda tas-salib .huma zewg kwadri kbar mhux hazin u kellhom bzonn xoghol kbir ta' restawr anke minhabba li f' certi partijiet it-tila kienet bdiet tinharaq bir-ragi qawwija tax-xemxli filghodu jigu dirretti fuqhom .Kien progettt ambizzjuz li jirrikjedi ammonti mhux zghar ta' flus.
Fl-ahhar Hadd ta' Ottubru l-Arcikonfraternita' tal- Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati hadu sehem fil-festi tal- Madonna tac-Cintura fil-parrocca tal-Gudja.
Novembru 2009
F' dan ix-xahar il-Fratelli u l-'helpers' ta' L-Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati bdew il-hidma taghhom fl-armar tat-toroq ghall-festi tal-Milied. Kienu tassew sbieh it-toroq ta' madwar il-knisja ta' San Mark imzejjnin b' armar mill-isbah tal-Milied.
Filwaqt li fis-6 ta' Novembru, l-komunita ccelebrat l-ghotja tal-ministeru ta' l-akolitat lil Fra Deo Debono OSA. Din ic-celebrazzjoni hija pass iehor importanti li twassal lil dan huna eqreb lejn l-Ordinazzjonitieghu bhala Djaknu u iktar tard bhala sacerdot.
F' dan ix-xahar ukoll izzanzan sett gidi vjola ghall-altar fil-bidu ta' l-Avvent. Id-drapptal-Kamupew u l-ventartalinxtara mir-Ruma u uwa drapp fin bil-hajt tad-deheb.Kien iu jinhass il-bzonn li l-arta ikollu sett xieraq ghal dawn il-granet liturgici. Ix-xogho sar mis- Sur Ivan Cauchi u s-sinjura Frances Navarro mill-Kalkara, hbieb tal-Komunita' Agostinjana Rabtija.
B;-ghajnuna ta' xi benefatturi u ta' dawk li jattendu -knisja taghna, seta jibda malajr il-process ta' restawr tal-kwadri laterai i matul l-ahhar granet ta' dan ix-xahar tnizzlu minn posthom sabiex jittiehdu ghand id-ditta 'Prevarti' fil-Mosta biex jigu restawrati , Din hija l-istess ditta li fis-snin i ghaddew hadmu maghna biex ergajna gawdejna zewg tezori tal-knisja taghna; l-kwadru devot ta' Sidtna Marija Omm ta-Kunsill it-Tajjeb u -vara -antika tal-Madonna tac-Cintura
Dicembru 2009
Dan ix-xahar, bhal dejjem ikun ikaraterizzat principalment bil- festi tal- Milied li fil-knisja taghna dejjem jigu ccelebrati b'solennita' kbira u b' armar li bhalma jghidu hafna nies, igieghlek thossok f' genna. L-istudenti Agostinjani hadmu qatiegh sabiex fi ftit zmien jorganizzaw ruhhom u jarmaw altar sabih li jaghti gieh lil dan il-misteru hekk kbir li niccleebraw fil-festi tal-Milied.
Barra minn hekk dan ix-xahar gew imnehdija zewg progetti kbar ohra li huma l-bankijiet il-godda tal-knisja u s-sedja ta' l-irham ghall-presbiterju li ser tikkumplimanta l-altar mejda u l-ambone ta' l-irham. Hekk ikun inghalaq ukoll ol-progett li kien beda sentejn ilu bala tifkira ta' l-ewwel centinarju mill-Konsagrazzzjoni tal-Knisja Konventwali ta' San MArk
F'dan ix-xahar tal- Milied it-toroq ta' madwar il-Knisja ta' San Mark kieni mixghelin b'armarmill-isbah armat mill-fratelli u l'helbers' ta' l-Arcikonfraternita'
Jannar 2009
Ghalkemm ikunu ghadhom kif ghaddew il-festi tal-Milied, ir-Rabtin xorta wahda jibdew jippreparaw ghall- festa tradizzjonali u tant mistennija ta' San Anton Abbati. Minkejja r-rih t-theddid tal- maltemp, it-toroq mimlija nies bl-annimali domestici taghhom regghu taw dimostrazzjoni li dawn il-festi tradizzjonali mhumiex minsija, anzi qed jergghu jissahhew mal-medda taz-zmien. Din il-festa organizzata mill-Arcikonfraternita' ta' San Anton Abbati u l-Madonna tac-Cintura kienet success
Wara l-festa ta' San NAton Abbati gie organizzat l-ewwel bazaar b' rizq il-progett tal-bankijiet tal-Knisja. Sar fis-Sala Santu Wistinfi Triq il-Kbira, bl-ghajnuna tal-grupp ta' talb Madonna tac-Cintura taht id-direzzjoni tas- sur Tony Boyanzisu P.Leslie Gatt OSA.
Barra minhekk inghata bidu ghall- hmistax il-Hamis ta' devozzjoni ta' Santa Rita, qaddisa ta' l-Impossinli. Din is-sena, l-hamisijiet saru b' format differenti fejn diversi religjuzi gew mistiedna jaghtu talk ta' 20 minuta dwar xi valur li ghexet Santa Ritabhala mudell ghalina, minflok omelija waqt il-quddiesa. Diversi attendew ghal-dawn il-Hamisijiet. Jidher li dan il-format intghogob minn hafna li apprezzaw ix-xoghol u d-dedikazzjoni sabiex tissahah mill-gdid din id-devozzjoni. Fra Deo Debono OSA kien inkarigat jiehu hsieb il-programmazzjoni.
Frar 2009
Nhar id- 9 ta' Frar il-knisja taghna kienet mahnuqa biz-zaghzagh li ngabru madwar l-Arcisqof Mons. Pawlu Cremona Op sabiex isellmu lil San Pawl, Patrun ta' Malta lejliet il-Festa tan- Nawfragju tieghu . Ic-celebrazzjoni bdiet mill-grotta ta' San Pawl fejn wara serata ta' talb, iz-zghazagh mxew b' pellegrinagg sal-Knisja taghna fejn giet iccelebrata quddiesa li fiha l-Arcisqof heggighom biex ikunu appostli tal-Kelma ta' Kristu bhalma kien San PAwl specjalment tul din is-sena Pawlina.
Lejn tmiem ix-xahar beda r-raba' progett kbir fil-knisja billi tnehha t-tabernaklu u ttiehed sabiex isrlu restawr. Matul is-snin dan it-tabernaklu ghadda minn diversi alterazzjonijiet tant li kellu anke bzonn jinbidlu xi partijiet. Instab argentier tajjeb li ghamel diversi xoghlijiet kbar fl- argentatura (bhal nghidu ahna r-restawr tal-vara ta' l-Immakulata Kuncizzjoni ta' Bormla) li stajna nafdawh f' dan ix-xoghol.
Marzu 2009
Dan ix-xahar fir-Rabat ikun karaterizzat bil-festa devotata' San Guzepp. Bhal kull sena x'hin il-vara ta' San Guzepp waslet quddiem il-knisja taghna saret it-tislima bit-talba ta' San Guzepp.
Matul dan ix-xahar ukoll sar progett iehor li kien it-tindif u anke sar studju dwar il-Kwadru Titulari ta' San Mark Evangelista, Patrun tal-ProvincjaAgostinjana Maltija. Permezz ta' dan it-tindif , diversi irqaqat regghu inkixfu sabiex illum ngawdu kapulavur iehor.
Barra minhek sar restawr fuq l-irham madwar l-altar tal-kor li kien tfarrak biz zmien. Wara sar ukoll restawr fuq l-irham ta' l-altari ta' San Gwann minn Sahagun u San Nikola ta' Tolentino.
April 2009
mal-bidu ta' dan ix-xahar beda x-xoghol fud l-armar u l-attivitajiet relatati ma' l-Ghid il-Kbir sabiex matul il-gimgha mQaddsa l-Knisja taghna tkun mghammra b' armar sabih li jdahhlek f' atmosfera tar-rebha kbira ta' Kristu fuq il-mewt. Il-grupp tal- Fratelli bhas- soltu ta' sehmu fl-armar tal- Knisja u ta' Barra ghal-Festi tal-Gimgha Mqaddsa. Bhal kull sena mijiet zaru l-knisja taghna sabiexjaraw is-sepulkru armat b' fjuri mill-isbah izda din is-sema spikka n-numru kbir ta' nies li tellghu nhar l-Ghid il-Kbir biex jaraw l-armar ta' l-artal. Hafna kienu l-kummenti sbieh fuq l-armar tal- knisja matul dawn il-granet, kummenti li jaghmlulna kuragg biex inkomplu nsebbhu dan it-tempju sabih li ghandna. Hafna aprezzaw l-armar tal-kwadru laterali tad-depozizzjoni li malli wasal mir-restawr tpogga lejliet Hadd il-Palm fuq l-artal fejn hafna setghu jammiraw ir-restawr kbir li sar fuq dan il-kwadru, specjalment it-Tlieta tal-Gimgha Mqaddsa meta sar mument ta' talb quddiem dan il-kwadru. Matul dawn il-festi gie mzanzan ukoll blandun gdid, maghmul kollhu mix-xemgha tan-nahal.
Wara l-festi ta' l-Ghid il-kwadri laterali tal-kor regghu tpoggew f' posthom fejn illum nistghu ngawduhom mill-gdid.
Lejn tmiem dan ix-xahar fil-knisja taghna bhal kull sena gew iccelebrati l-festi tal-konverzjoni ta' Santu Wistin nhar l-24 ta' April, il-festa titulari ta' San Mark nhar il-25 ta' April u l-festa devota tal-Madonna tal-Bon Kunsill fis- 26 t' April, izda din is-sena stajna niccelebrawhom aktar ghax fostna kellna lil P.Robert Prevost OSA, Pirjol Generali ta' l-Ordni Agostinjan li kien qed jaghmel il-vizta kanonika tieghu fil-Provincja Maltija.
Mejju 2009
F' dan ix-xahar il-knisja taghna tkun centru tad-devozzjoni lejn Santa Rita. L-attendenza numeruza tul il-Hamisijiet, irriflettiet l-attendenza kbira li kellna tul il-granet tat-Tridu u anke f' jum il-festa f' gieh il-qaddisa ta' l-Impossibli. Matul il-festa gie mniehdi l-grupp 'Hbieb ta' Santa Rita'. F' din il-festa devota zzanzan sett gdid abjad. Id-drapp tal-Kanupew u l-ventaltar inxatara minn Ruma u huwa drapp fin bil-hajt tad-deheb. Kien ilu jinhass il-bzonn li l-altar ikollu sett xieraq ghal dawn il-granet liturgici. Ix-xoghol sar mis- Sur Ivan Cauchi u s-sinjura Frances Navarro mill-KAlkara, hbieb tal-Komunita' Agostinjana Rabtija.
Matul dan ix-xahar kellna fostna x-xbieha tal-Madonna ta' Lourdes li kull sena fix-xhar ta' MEjju izzur xi knisja fir-Rabat. Din l-istatwa, propjeta tal- Fondazzjoni P.Martin Caruana OP kien imissha zzur il-Knisja taghna din is-sena. Din iz-zjara ntemmet fi tmiem ix-xahar b' mument ta' talb Marjan.
Sar ukoll it-tieni bazaar b' rizq il-progett tal-bankijiet tal- Knisja, mill-gdid, bl-ghajnuna tal-grupp ta' Talb MAdonna tac-Cintura taht id-direzzjoni tas-Sur Tony Boyanzis u P.Leslie Gatt OSA.
Gunju 2009
Mal-festa ta' Corpus Christi, l-artal maggur rega' ha dehra mill-isbah meta tqieghed mill-gdid it-tabernaklu. kulhadd baqa impressjonat bix-xoghol sabih ;i sar fuq dan it-tabernaklu. Progett iehor li ntemm b' sucess.
F' din il-festa wkoll, bhalma jsir kull sena, l-komunita' Agostinjana laqghet fil-knisja taghna lil Gesu' fl- Ewkaristija Mqaddsa waqt il-purcvissjoni tal-festa ta' Corpus li tohrog mill- Knisja Parrokjali.
F' dan ix-xahar beda x-xoghol fuq progett iehor, dak tar-restawr tal-Portiku tal-Kunvent. Din l-ewwel parti tal-faccata li giet restawrata hija wahda mill-isbah. Id-ditta ResCo giet moghtija din il-bicca xoghol li kienet ilha snin twal tissemma. Fl-ahhar nistghu ngawdu dan il-poriku bl-iskultura fina u sabiha li ghandu.
f' dan ix-xahar inbdew jingabru ir-riklami tal-ktieb tal-festa.
Lulju 2009
Matul dan ix-ahar sar retawr ta' wiehed mill-kwadri li hemm fis-sagristija tal-Knisja. Dan il-kwadru huwa ritratt ta' l-Isqof Camilleri, isqof Agostinjan, midfun ukoll fil-kappellun ta' San Anton Abbati fil-knisja taghna stess. Dan l-isqof, li kien imexxi d-djocesi Ghawdxija, kien benfattur kbir tal-Kunvent u tal-Kniisja taghna.
Bhal kull sena l-komunita' sellmet lil San Pawl malli l-vara waslet quddiem il-knisja taghna waqt il-purcissjoni tal-festa.
Nhar il-11 tax-xahar l-Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati flimkien mal-Fondazzjoni P. MArtin Caruana OP organizzajna serata fil-kKazin L' ISle Adam b' risq il-Festa tal-Madonna tac-Cintura.
Awwissu 2009
Fil-bidu ta' dan ix-xahar wasal l-istellarju l-gdid mahdum fil-fidda li ser ikompli jsebbah il-vara antika tal-Madonna tac-Cintura li kienet giet restawrata s-sena l-ohra.
Matul dan ix-xahar inbdew il-preparamenti ghall-armar tal-Festa.Ukoll f' dan ix-xahar inbeda l-isettjar tal-Ktieb tal-Festa.
Awwissu f' dan ix-xahar inbeda it-tindif tal-mahzen tal-festa l-gdid. Fit 22 tax-xahar l-Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati organizzajna BBQ quddiem il-Knisja b' risq il-Festa tal-Madonna tac-Cintura.
Dan huwa il-panigierku minsug minn Nunzju Appostoliku ghall-Malta Tommaso Caputo fl-okkazjoni tal-Festa tal-Madonna tac-Cintura 2009.
FEAST OF OUR LADY OF CONSOLATION OR OF THE CINCTURE
THE AUGUSTINIAN COMMUNITY OF ST MARK THE EVANGELIST
CHURCH OF ST AUGUSTINE, RABAT
6 SEPTEMBER 2009
It is with particular joy that I preside, at the request of reverend Father Prior, Josef Sciberras, over this Eucharistic celebration on the feast of Our Lady of Consolation. or as it is popularly known, Il-Madonna tac-Cintura.
I extend my cordial greetings to the Very Reverend Father Provincial, P. Luciano Borg, and to the reverend Augistinian fathers of this community, to the other celebrants and to all of you, beloved faithful here present.
To you all I bring the blessing of His Holiness Pope Benedict XVI. The Holy Father is always delighted to receive the good news of the christian fervour of the Maltese people.
The feast of Our Lady of Consolation, also called "tac-cintura" , shows us the tenderness which Mary showed to Saints Monica and Augustine and. through them all the Augustinian order.
As can be noticed, the dear Augustinian fathers wear a black religious habit with a leather cincture around there waist. Tradition affirms thet the otigin of this religous habit can be traced to an apparition if the Virgin Mary. the cincture affirms that the origin of this religious habit can be traced to an apparition of the Virgin Mary. The cincture symbolises the bond which ties Mary to the Augustinian order.
Since the fifteenth century even the laity who embaraced the Augustinian spirtuality felt the necessity to follow op their Christian commitment by belonging to the "Confraternity of Consolation or the cincture", and were called the "cinturanti". The adherents of this confraternity were several in numbe, even here in Malta. Belonging to this confraternity is a sign of one's love for Mary, model of Christian life.
To-day's Gospel reading has led us to the foot of the Cross. "Jesus told His mother: 'Woman, behold your son!' Then he told his disciple John: 'Behold your mother!' and from thet moment the disciple took her to his house" (Jn 19,26-27). Mary underwent the pain of losing Jesus, not just because he was dying, but also because someone else was taking his place. And she accepted it. And with her new fiat at the foot of Calavary, she became mother of all, takingupon fer the motherhood of countless human beings.
At the foot of the cross of her Son, we understand the great, mysterious, profound sorrow of Mary. It is the experience during which she undergoes the greatest of her trials. Losing Jesuson the cross. seeing Him being replaced withone of us, John the beloved disciple, Mary, so as to speak, loses Jesus in fulfilment of God's will (Saint Catherine of Siena); Mary loses Jesus in order to contribute-by this loving and accepting loss - to the birth of Jesus in the hearts of me. MAry accepted to be deprived of her Son for our sake. It is the Auggustinian family - religous priests and brother, nuns and laity - is gathered here this evening on the feast of the Blessed Virgin Mary, Mother of Consolation. With the help of this short text from the Gospel of St John, I would like to reflec, together with you, about what St Augustine taught about the Mother of God.
His homilies and instructions reflect his faithfulness to the Word of God and are echoed in the Church's official teachings, in particular in the texts of the Second Vatican Council, especially the document on the Church Lumen Gentium , where the ideas which had characterised Saint Augustine's preaching are freshly incorporated.
He has taught, mainly in his Christmas homilies (Sermones 185-196), about the singular role of Mary in the history of salvation. The Navity was not the feast of the Incarnation; it was Mary's feast too. in one of these Christmas homilies, the great bishop of Hippo affirms:
"It was not the visble sun that made this day holy for us, but the sun's invisble Creator, when the Virgin Mother brought to light, out of her fruitful womb and virginal body, the Creator made visible for us, the same invisble God who had also created the Virgin. vrigin in conceiving, virgin in giving birth, virgin with child, virgin mother, virgin forever" (s.186,1).
Saint Augustine died in the year 430, afew months before the Council of Eghesus, the Council which defined Mary as Theotokos - Mother of God and led Marian doctrine to new heights.
Ewperts on Saint Augustine usually divide his reflections of Mary into three main themes: 1) the divine maternity of Mary, 2) the perpetual viriginity of Mary, 3) Mary's holiness as model of the Church.
1. Mary's divine maternity
The interest of Augustine for the Mater Domini is essentially Christological: it is the key to the understanding of the complete humanity and divinity of Christ. Mary's quality as Mother of Christ is secondary to her being a beleiving disciple (s. 72 A, 7): "it is more valuable, it is more joyful prerogrative to have been a disciple than the Mother of Christ" . The bishop of Hippo recognised two births of our Lord Jesus Christ, "one divine, the other human, both admirable; the divine one occurred without a woman as a mothe; the human ane without a man as father" (s. 196, 1). The same idea is repeated and paraphased in several of Augustine's Christmas homilies: "Christ was born, as God, from the father, as a man, from a mother. From the Father without a mother, and from the mother without the father (s. 189, 4; 190, 2: 194, 1). He was formed by amother whom he created; he was supported by hands which He had formed; He had sucked from breasts which he had filled" . (s. 188, 2).
2.Mary's Perpetual Virignity
In sermon 189 (4), Saint Augustine teaches the faithful that there is no need to be surprised by the virgin birth: "It is God (who is born)! Consider His divinity and there is no marvel at". The virgin birth is an eloquent sign of the divinity of Mart's son: iudicium maiestatis eius (s. 184, 1). He reu=itrates this affirmation in the creed: "born of the Virgin Mary": "How can we affirm in the profession of faith our beleif in the Son of God, a son of man was born of her instead?" (s. 186, 20. The saintly bishop recognises expictly Mary' svirginity ante partum, in partu and post partum: "she conceived him as virgin, she gave birth while remaining still a virgin, and she remained always a virgin" (s. 51, 11, 18).
The central intuition of Saint Augustine, regarding the vriginal conception, is that Mary conceived Christ above all in faith: "He came into this world in the flesh, but HE did not enter as we did. The virgin in fact did not conceive Him under the influence of lust, but in the virtue of faith" (s. 69, 3-4).
3.Mary's Holiness, model of the Church
Mary's holiness has, as its point of reference, her faith and radical obedience to the Word of Go. She conceived Christ above all in her mind and heart, before conceiving Him in her womb: "Fides in mente, Christuas in ventre" (s. 196). She is a model of faith for every Christian
We read in sermon 188 (4): "Christ, who was to reconstiute virginity in the feart of the Church, first preserved it in the body of Mary...the Church could not be a virgin if the bridegroom to whom she was to be given was not the son of a virgin".
Mary is a model for the church: "the Church, imitating the Mother of her Lord (Mater Domini), even where she could not be so corporally, is nonethless simultaneously mother and the spirit." (s.191, 13).
In the writings knownto u, Saint Augustine recommendsMary as a model of Christian life, rather than the subject of prayers of intercession, even if he must have known of the ancient Egyptian prayer adressed to Mary, at the begining of the secong century: "Sub tuum praesidiun confugimus sancta Deigenetrix (in Maltese: Taht il-harsien tieghek nistkennu Omm Qaddisa ta' Alla)".
Saint Augustine's reflections on Mary remain faithful to the general outlines of the tradition of the nEw Testment. Although nearly sixtenn centuries have passsed since the life of the great Doctor, the documents of the Second Vatican Council echo his ideas and dedicated its final chapter, chapter eight, to "The Blessed Virgin Mary, the Maother of God within the Mystery of the Church" . The Council Fathers called her "most beloved Mother, and most eminent and totally singular member of the Church and her image, and most excellent model in faith and charity" (LG 54). The bishops at the Council cited the writings of Saint Augustine when they spoke of the Church, Virhin and Mother and Mary, Virgin and Mother, model of the Church (lG 63, 64).
Mary, Virigin and Mother, has given us Jesus, our true consolation. In today's second Reading, St Paul teaches us-in his second Letter to the Corintians-that the Lord "gives every possible consolation (encouragment); he supports us in every hardship, so that we are able to come to the support of others, in every hardship of theirs because of the consolation that we ourselves receive from God" (2 Cor 1,3-4)
Dear brothers andsister, let us promise to follow Mary, model of christian life, and let us pray, during this Holy Mass, for the grace to be always filled with Jesus, our consolation, and to share this consolation with our brtehren. this is our Christian duty and responsibility! Amen!
ANTON AGUIS
Nhar il-Hadd 19 t' Ottubru 2008, Malta kollha, izda b' mod specjali ir-Rabat. tilef lill-artist Anton Aguis. Anton Aguis twieled ir-Rabat fl-1 ta' Dicembru 1933. Meta kellhu biss erbatax-il sena beda bhala apprentist ma' skultur Rabti maghruf iehor, Guzeppi Galea u f'dan iz-zmien taghellem kif juzal-istukko, tahlit tal-kuluri u diversi metodi ohra ghat-tizjin tal-knejjes. Importanti li nsemmu li lejn it-tieni nofs tas-snin hamsin, Guzeppi Galeakien qed jahdem fuq l-iskultura tas-saqaf tal-knisja taghna u anton Aguis kien qed jahdem ukoll bhala apprentist fuq dan ix-xoghol. Nafu li Anton Aguis ghamel diversi xoghlijiet kemm fir-Rabat stess kfi ukoll fuq livell Nazzjonali. Difficli li hawhekk f' dan il-ftit spazju issemmi x-xogholijet kollha ta' Anton. Fost id-diversixogholijiet liinsibu fir-Rabat stess ghandna l-monument tal-Vittmi tat-2 Gwerra Dinjija li dawn kollha jinsabu fi Gnien Howard. Ma kienx jonqos li Anton jaghmel tifkira ta' Guzeppi Galea, l-ghalliem tieghu u dan indsibuh fil-Pjazza ta' San Duminku ir-Rabat. Kif diga' semmejna, Anton hadem ukoll diversi monumenti Mazzjonali. Fost dawn insibu il-monument tas-Sette Giugno li jinsab il-Belt Valletta, il-monument tal-Haddiem fl-Imsida, dak tal-Helsien li jinsab fix-xatt tal-Birgu u dak ta' Dun Mikiel u shabu li qieghed il-Belt ukoll. Kienu diversi l-ghaqdiet, kazini, kumitati tal-festi u individwi ohra li Anton Aguis hadmilhom xi opra bhal xi statwa jew skultura. anton ser jibqa jidher haj fix-xogholijiet tieghu li diversi drabi jirrflettu l-mod ta' kif jien jahdem, jahseb u johloq.
PETER PAUL CUTAJAR
Nhar is-26 ta' Settembru 2008, ftit gimghat wara l-festa tal-Madonna tac-Cintura, thabbret il-mewt ta' Peter Paul Cutajar, maghruf ukoll bhala 'Pietyru'. Peter Paul kien wiehed mill-fratelli antiki fi hdan l-Arcikonfraternita' tal- Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati u nghaqad ma' din il-fratellanza fl-1978. Peter Paul kien jiffrekwenta l-knisja taghna u kien anke jiehu hsieb il-preparazzjoni ghall-quddies ta' kuljum. Sahansitra, meta ma kienx ikun hemm abbatini, kien anke jghin il-quddiesa. Peter Paul kien ukoll devot tal-Madonna tac-Cintura u qabel ma' johrog 'il barra mill-knisja, kien jieqaf isellem ix-xbieha tal-Madonna tac-Cintura fin-nicca taghha. Issa Peter Paul mar igawdi aktarlil Ommna Marija.
Nitolbu ghal dawn hutna li mallewna u marru jiltaqghu mal-Mulej.
Nitolbu ghalihom li Sidtna Marija u Sultana tal-Konsolazzjoni biex twassalhom hi ghand binha Gesu' u tfarrag lill-familjari, qraba u hbieb ta' dawn hutna.
Aghtihom O mUlej il-mistrieh ta' dejjem!