P. Mark Cauchi OSA
L- Agostinjani minn dejjem kellhom devozzjoni kbira lejn il- Madonna tac- Cintura. Din id- devozzjoni gejjaminn zmien l- istess SantU Wistin, ghax ommu Santa Monika tfarrget bil- konverzjoni tiegh. Ghalhekk Santu Wistin stess xettel din id- devozzjoni f' uliedu spiritwali. L- agostinjani fil- gzejjer taghna ma naqsux li jgibu maghhom din id- devozzjoni fil- knejjes taghhom. Mill- ewwel iddedikaw altari f' gieh il- Madonna taht it- titlu hekk sabih tal- Farag. Qabbdu pitturi mill- aqwa ta' dawk iz- zminijietu ghamlu altari ta' rhamijiet l- aktar fini.
IL- FRATELLANZA U L- FESTA TAL- MADONNA TAC- CINTURA
Biex inhegu aktar devoti lejn il- MAdonna taht it- titlu ta' Omm il- Farag nhar l- 24 ta' Gunju 1723 il- patrijiet agostinjani talbu lill- general ta' l- ordni li jwaqqaf kanonikament fratellanza. Il- general, ir- reverendissimu P. Tumas Cervioni, ta' dan il- permess mitlub. Fis- 16 ta' Marzu 1776 din l- istess fratellanza tgholliet ghal grad ta' arcikonfraternita'. Il- festa tal- Madonna tac- Cintura kienet issir il- Hadd ta' fuq il- festa ta' Santu Wistin. Kienu jiccelebrawha b' solennita' kbira bi prietki, armar u hwejjeg ohrajn. Ghal din il- festa kienu jigu hafna nies mhux biss mill- Imdina, imma wkol mill- irhula kollha. Kienu jigu biex jinkitbu fic- cintura mqaddsa u biex jaqilghu l- indulgenza plenarja.
Fil- festa tal- Madonna tac- Cintura, il- patrijiet agostinjani kellhom is- setgha li jaghtu il- barka papali wara l- priedka. kif tispicca l- priedka jekk il- predikatur ikun agostinjan kien jaghtiha huwa stess. Kien jilbes l- istolla u kien jitkanta l- confiteor bhala att penitenzjal. Wara, ic- celebrant kien jaghti l- barka papali mhux bis- salib kif kienu jaghtuha fl- ahhar ta' l- ezercizzi tar- Randan. Jekk il- predikatur ma kienx ikun patri agostinjan, kien jitla' fuq il- pulptu , patri agostinjan liebes il- kappa u l- istola, u kien jaghtiha minn hemm fuq. Dawn il- barkiet papali baqghu jinghataw fil- knejjes agostinjani sal- Koncilju Vatikan II.
L- ISTATWA TAL- MADONNA TAC- CINTURA
L- istatwa tal- Madonna tac- Cintura li ghandna llum mhix l- ewwel wahda li kellhom l- agostinjani tar- Rabat. Din l- istatwa li ghandna llum inhadmet mill- istatwarju Guzeppi Cilia kien tghallem din l- arti minn ma' Carluzzo Darmanin. Ghal bidu ma kinitx kif inhi llum. Fis- sena 1953 fi zmien il- prijuratta' P. Giljan Mifsud OSA sar ir- restawr taghha mill- istatwarju Gilormu Dingl. Wara giet indurata u sgraffita mill- maghruf induratur Guzeppi Farrugia ta' l- Imdina. Meta kienet lesta, ittiehdet f' korteo mill- knisja tal- Karmnu ta' l- Imdina ghall- knisja ta' San Mark.
Qabel din kien hawn statwa ohra sabiha, skopilta fl- injam u sgarffita. Din kienet tnehhiet mhux ghax ma kinitx sabiha imma billi kien hareg digriet miin Ruma li l- istatwi tal- Madonna kellhom ikunu wkoll bil- bambin f' dirghajha, barra minn dik tal- Kuncizzjoni iu tat- Twelid tal- Madonna,il- Bambina
FORZI ARMATI INGLIZI
Fil- 15 ta' Settembru 1800 il- gzejjer Maltin kienu amministarti minn Sir Alexander Ball bhala ministru plenipotenzhjali f' isem ir- renju Infliz. L- Inglizi minn dejjem kienu nies diplomatici u politici. Bdew joqoghdu attenti ghall- hbieb taghhom. Sakemm ma jigix imwettaq it- trattat ta' amiens, ma kellhomx ihallu Malta wehidha. Dahhlu numru kbir ta' Maltin fir- regimenti li holquhom problema. Fost il- postijiet strategici li kien hawn Malta, kienet is- Saqqajja. Is- segretarjat tal- gvern Ingliz tefa' ghajnejh fuq il- kunvent ta' l- agostinjani, San Mark. Huwa kiteb lis- superjur ta' dak iz-zmien, Patri Pietru Pawl Laferla biex tilqa' fil- kunvent 300 suldat kif ukoll il- fizzjali taghhom. Dawn hadu s- sular ta' isfel u xi kmamar minn fuq. Ma kien inqala inkwiet mis- suldati, anzi giebu ruhhom tajjeb hafna.
SEHEM FIL- FESTA TAL- MADONNA
Fil- festa ta' Santu Wistin u fil- festa tal- Madonna tac- CIntura tas- sena 1801 ir- regiment Ingliz kien ghadu jghix fil- kunvent ta' San MArk. Il- fizzjali Inglizi biex jaghmlu kumpliment u apprezzament lill- Komunita' Agostinjan ta' Sna Mark, riedu jaghmlu xi haga aktar mis- soltu. Hadu sehem fil- festa tal- Madonna tac- Cintura. Fil- jiem tal- festa sparaw diversi tiri ta' kanuni minn fuq is- swar ta' l- Imdina bi spejjes ta' l- istess regiment . Il- gest tar- regiment Ingliz kien apprezzat minn kulhadd specjalment
P. Bonaventura Chetcuti OSA, jaghti harsa lejn l- esperjenza tieghu fil- festa taghna fis- snin tal- formazzjoni tieghu
Madwar hamsa u sittin jew sebghin sena ilu, meta kont student fil- kunvent tar- Rabat, fil- kors akkademiku bi thejija ghall- hajja agostinjana, il- festa tal- Madonnatac- Cintura barra l- knisja ma kinetx issir kif qieghda ssir illum; anzi kienet x' aktarx kajman. Kien il- mibki pirjol Patri Fulgenz Galea li kien ta' "hajja" bit- tzijin tat- toroq minn fejn kienet tghaddi l- purcissjoni, bil- marcijiet brijuzi tal- bane, bl- isparar u bis- sehem tan- nies.
Gewwa l- Knisja, iva, kienet issir bis- solennita'! Mill- kunvent tal- belt kien jitla' l- Provincjal biex imexxi il- funzjoniiet ta' lejliet u nhar il- Festa. KIen spettaklu tara l- kor mimlin patrijiet u studenti professi! L_ ghosrien u l- quddiesa solenni prelatizja kienu jsiru bil- muzika. Tifkira li qatt ma nsejtwara snin twal hija din: fil- Vespri tas- Sibt, wara t- translazzjoni tar- relikwa, meta konna studenti, Patri Egidju Galea u jiena zammejna bhala akkolti ix- xemghat. Quddiem ic- celebrant infexxejna nitbissmu malli ntonna l- Ave maris stella.Kien stunat daqs qanpiena mgengla, miskin! Is- Surmast taghna tal- professorju, "it- terribli" P. Ugolin Gatt, induna bil- gest genwin taghna , u wahliln a"penitenza": l- ghada fil- pranzu tal- festa kellna nhallu "il- pasta u l- gelat. Kienet penitenzanotevoli , u wkoll ta' misthija. Dan ghaliex quddiem dawk il- patrijiet kollha u l- professi shabna- konna, allura xi erbghin ruh- kont trid taqsam ir- refettorju l- kbir tar- Rabat, ghaddejjin bil- gelat u l- pasta, tehodhom quddiem il- pirjol u tpoggihom fuq il- maehda. B' xorti tajba, il- Provincjal, il- Majjistru Patri LAwrenz Aguis, li kien iz- ziju ta' P .Egidju, ghamel sinjal lill- Pirjol, li kien it- twajjeb P. Gwann Zerafa, biex jerga' jreggaghlna lura l- pasta u l- gelat li kien ga sar ilma. Imma post factum, lauda: il- misthija baghet thammrilna wiccna, povri studenti! O tempora! O morws! Tempra mutantur et nos eum ipsis!