Ir- Rabat huwa wiehed mill- aktar pajjizi estensivi li hawn f' Malta u wkoll wiehed mill- aktar qodma. Dan is- subborg jibda sewwa sew minn tahta is- swar tal- belt il- qadima u kien jigbor fih tista' tghid il- belt il- qadima Rumana kollha. Taht bosta mit- toroq tar- Rabat hemm midfuna sehem kbir mis- swar li draba kienu ta' din il- belt. L- Gharab kineu ceknuha, izda s- sisien baqghu hemm biex isostnu dak li kienu jahsbu l- istorici. Mohbija taht bosta mit- toroq dojoq hemm miktuba l- grajja kbira ta' dan is- subborg li trid titbieghed wisq lura biex tkun tafha sewwa u ssir taf meta nkitbet l- ewwel pagna ta' l- istorja taghha. Ir- Rabat huwa pajjiz qadim li fih ixxetlet civilta bikrija.
Mar- Rabat insibu maghquda l-Bahrija. Sa ftit taz- zmien ilu dan kien rahal ckejken fejn il- bahar , izda llum il- gurnata qed jikber mhux hazin. Insibu wkoll l- Imtahleb b' Migra Ferha mieghui. Ta' l- ewwel hu xatt tahat l- art imsemmi ghal bosta raba' tajjeb, sigar u haxix mill- ahjar. Ta' l- ahhar hu hondoq ikrah hafna mnejn jinzlu hafna widien kbar, u ghalhekk dejjem ihaddar bis- sigar u l- hxejjex.F' dan il- lok, l- antiki ta' l- Imdina kienu jigu biex jidevertu. Hawn l- Insara laqghu l- Konti Ruggieru meta gie f' Malta biex jehlishom minn taht l- Gharab.
Il- Fenici semmew bicca art ftit l- isfel mir- Rabat, 'il- Fiddien' li tfisser 'Zmien iz- Zebbug' u hu mahsub li hawn kienu jghasru z- zebbug biex jaghmluh zejt. Fuq in- naha warranija tieghu insibu l- Imtarf, gholja arjuza hafna, li kienet itiehdetmill- Militarli fuqha nbena sptar.Illum l- imtarfa saret villagg iehor mimli bini u hwienet. sahansitra dan il- villag ghandu il- Kunsill Lokali tieghu li twaqqaf f' Marzu 2000.
Mal- migja ta' l-Ordni f' Malta, ir- rabat kompla jisbieh ferm, tant li bosta kbarat bnew fih djar kbar, palazzi u villel mill- isbah Ir- Rabat hu wiehed mill- akbar lokalitajiet li fih x' tara f' dawk li huma fdalijietu patrimonju ta' missierijietna. Hawn naraw bosta kampanja sabiha u djar interesanti u rziezet.Il- lum, ir- Rabat sar post mill- isbah.
Kunsill Lokali
Il- Kunsill Lokali Rabat hu ffurmat minn disa' membri, is- Sindku, l- Vici Sindku u seba' Kunsilliera. Is- Sindku huwa s- Sur Sandro Craus
Popolazzjoni
Ir- Rabat ghandu popolazzjoni ta' madwar 11,865
SAN PAWL-KOLLEGJATA U PROTO-PARROKJALI
Din hija wahda mill-isbah knejjes qodma ta' Malta ddedikata lil dan l-Appostlu. Din bdiet tinbena madwar is-sena 1500 u x-x oghol intemm fl-1578 taht l-Isqof Royas. Matul iz-zmien beda jinhass li din il-knisja ma kienitx kbira biezejjed u ghaldaqstant gie deciz li terga tigi mibnija f' ghamla ahjar u isbah. Fis-sena 1683 giet mibnija mill-gdid fuq disimm tal-maghruf Lorenzo Gafa. Kienet is-sinjura Gusmanna Navarra, l-armla ta' Lorenzo Cassar li ghenet sabiex dan kollu isehh billi offriet il-flus ghal dan il-ghan. Kien ukoll il-Gran Mastru Caraffa li ghen sabiex titella' din il-knisja.
Il-Knisja ta' San Pawl ghandha ghamla ta' salib latin. Hi maghmula minn kor, zewg kapelluni u kursija. Hawn wiehed isib 12 - il artal, bosta pittura prezzjuza, fosthom dik ta' Mattia Preti. Il-vara ewlenija ta' San Pawl ingiebet lesta minn Ruma u hija xoghol l-iskultur Melkjorre Gafa'.
Il-festa ta' San Pawl hija festa tal-parocca u ssir fl-ewwel Hadd ta' Lulju. Minn din il-knisja tohrog ukoll il-purcissjoni tal- festa ta' Corpus, li hija wahda mill-isbah f' Malta. Nhar l-Ghid il-kbir ukoll tohrog il-vara ta' l-Irxoxt flimkien ma' purcissjoni helwa hafna.
SAN PUBLIJU
Din il-knisja tinsab mibnija fuq il-Grotta ta' San Pawl.
SANT' AGATHA
Din il-knisja tinsab mibnija fuq cimiterju bikri li missirijietna kienu jaghtuh qima kbira. Imiss ma' din il-knisja inbena kunvent gdid minbarra li jigbor fih il-patrijiet u n- novizzi godda, hija wkoll l-Mother House tas- Socjeta' Missjunarja ta' San Pawl li tahdem hafna sabiex ixerred it-twemmin nisrani mal- gnus. Il-fundatur ta' dan il-kunvent huwa mejjet Mons. Guzeppi Depiro. Go dan il-kunvent insibu muzew sabih hafna, parti minnu hu mimli bil-fuhhar li nstab fil-katakombi ta' Sant' Agata u ohrajn moghtija lilhom minn nies differenti. Ma' dan il-bini hemm ukoll l- Iskola ta' Sant Agata.
SAN FRANGISK
Fit-tielet Hadd t' Ottubru din il-knisja ticcelebra l-festa tal-Madonna tas- Sahha. Il-kwadru ta' din il-Madonna li nsibu f' din il-knisja gie nkurunat mill Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi fl- 4 t' April. Il-vara titulari saret fl- 1761.
SANTU WISTIN
Maghruf ma' Malta kollha hu t-Tberik ta' l-Annimali li din il-knisja taghmel ghal-habta ta' Jannar. F' Settembru din l-istess knisja ticcelebra l-festa helwa tal-Madonna tac-Cintura.
SAN DUMINKU
Il-purcissjonijiet li johorgu minn din il-knisja matul is-sena huma tal-Madonna ta' l-Ghar u l-Madonna tar-Ruzarju. Fil-kunvent ta' din il-knisja r-religjuzi Dumnikani jaghmlu n-Novvizjat taghhom.
TA' GIEZU
Fid-19 ta' Marzu din il-Knisja ticcelebra l-festa kbira ta' San Guzepp. Minn din il-knisja tohrog ukoll il-purcissjoni tad-Duluri kif ukoll tal-vari tal-Gimgha l-Kbira.
Minbarra dawn il-knejjes li wiehed jista' jsejhilhom principali (minbarra dik ta' San Publiju), hemm lista twila ohra ta' knejjes fir-Rabat u fl-inhawi tieghu. fosthom insibu:
1. San Katald
2. San Bastjan
3. Santa Marija (maghrufa ta' Duna)
4. Il-Kuncizzjoni
5. San Bert
6. It-Twelid tal-Madonna fl-Imtahleb imsejha ta' Monte Calibo
7. San Martin il-Bahrija
8. Santa Katerina msejha tad-Dahla
9. L-Isem ta' Marija f' tal-Virtu
10. It-Twelid tal-Bambin u ta' San Nikola msejha tax-Xerri
11. Sant' Anton Abbati
12. Il-Purifikazzjoni tal-Madonna msejha tax-Xewxa
13. It-Twelid tal-Madonna msejha Ta' Qasgha
14. It-Twelid tal-Madonna msejha Tas-Salib
15. Il-Lunzjata
Mhar id-29 ta' Gunju tahbat il-festa ta' San Pietru u San Pawl li ahna nsejhula l-Imnarja. DIn il-festa tigi ccelebrata fil-gonna tal-Buskett. Lejliet l-Imnarja l-Buskett jimtela bin-nies minn Malta kollha kif ukoll bit-turisti li jmorru biex jaraw din il-festa tradizzjonali. Taht is-sigar in-nies jieklu fniek moqlija u jixorbu l-inbid. L-ghana ma tonqosx specjalment dik 'spirtu pront'. Wahda mid-drawwiet ta' l-antiki taghna kienet li fil- kuntratt tat-tieg kien ikun hemm miktub li l-gharus kellu jiehu lill-mara gdida tieghu ghall-lejl ta' l-Imnarja kull sena. Fl-imnarja ssir il-wirja ta' affarijiet agrikoli. Fost ic-cerimonji issir ukolll it-tigrija tal-bhejjem wara mofs in-nhar ta' jum ta' festa. Din it-tiegrija issir fit-telgha tar-Rabat u wara jinghataw il-paljijiet lir-rebbieha minn gallarija tal-gebel mibnija ghal dan il-ghan.
IL-GROTTA TA' SAN PAWL
Taht il-knisja ta' San Publiju tinsab il-grotta imsejha ta' San Pawl. Dan is-Santwarju huwa wiehed antik ferm ghaliex jiftakar lill-Appostlu San Pawl. Wara li l-Appostlu dam fil-Villa ta' San Publiju ghal tlett ijiem, huwa ghazel li jghammar ghal tliet xhur shah f' din il-grotta taht l-art, (ghall-anqas hekk tghid it-tradizzjoni). F' nofs il-grotta l-Gran Mastru Pinto waqqaf statwa ta'' l-irham abjad mahduma f' Ruma li tirraprezenta lil San Pawl jippriedka. L-artal li jinsab fil ghar bi statwa ta' rham ta' San Pawl, huwa opra ta' l- iskultur Melkjorre Gafa'. Minn zminijiet imbieghda nqatghu bosta bcejjec mill- blat tal- grotta li n- nies kienet issejahlu l- Grazzja ta' San PAwl, u kienu jemmnu li kellhom il- qawwa kontra gdim velenuz, il- mard u hwejjeg ohra. B' danakollu l- ghageb hu li l- ghar ma kibirx , izda baqa' l- istess daqs li kien.
IN-NICCA TA' SAN PAWL
Xbiha mirakoluza ta' l- Appostlu San PAwl tinsab fin- nicca ta' Misrah is- Saqqajja. Bejn is- snin 1798 u 1899 minn ghajnejn din l- istess xbiha, f' diversi okkazjonijiet hareg dmugh naturali u dan hemm xhieda li tinsab bil- miktub f' dokumenti.
CIMITERJI ANTIKI
Fir- Rabat instabu ghadd kbir ta' oqbra pagani. Cimiterju Kristjan qadim hu msejjah 'Abbatija tad- Dejr', fejn kien hemm bosta oqbra pagani u ipogew Kristjani. Ic- cimiterju Saracin huc- cmiterju wahdieni ta' dan it- tip f' Malta u jinsab qrib il- Villa Ruaman. Taht il- knisj at' San PAwl hemm cimiterju qadim hafnau hu maghruf ghall- fdalijiet ta' l- ewwel Insara Maltin.
IL-KATAKOMBI TA' SAN PAWL
Dan il- katakombi hu f' lok maghruf bhala 'tad- dlam' isem Gharbi li aktarx jirreferi ghall- Katakombi li hemm taht l- art. Il- KAtakombi ta' San PAwl jinsabu fi triq ta' Sant Agatha ir- Rabat, dawn il- katakombi huma maghmulin minn tip ta' blat (live rock) forma ta' cimietrju. Huma maghrufin ghal sbuhtihom u ghall- kobor taghhom, dawn jikkonsistu f' numru ta' kmamar li tnejn minnhom maghrufa partikolarment ghall- kobor taghhom.
IL-KATAKOMBI TA' SANT' AGATHA
L- istorja tghid li f' dan il- post kienet tghammar Sant' Agatha. Huwa wiehed mill- isbah katakombi li jezistu u fihhafna affreski, pittura bikrija Griega, ghaliem ta' slaleb u figuri ohrajn.
IL-KATAKOMBI TA' SANTA VENERA
Fih ghadha tidher pinguta x- xbiha tal- Qaddisa bil- wieqfa b' kalci f' idejha mimlija minn nar kif iffiguratha l- knijsa, li mill- Griegi kienet imsejha Santa Parasceve.
IL-VILLA RUMANA
Il- fdal tal- Villa Rumana gew misjuba fl- 1881 meta xi nies kienu qed inaddfu triq biex jizirghuxi siga. Ir- REvevrendu V. Vassallo kien pront intervjena u l- gvernatur hareg strizzjonijiet biex il- kmamar misjuba jigu priservati. Izda kienet hasra li hadd ma prova jfittex il- kobor ta' dan il- bini li originaljament kien ferm ikbar minn dak li kienu qed ihaffru, ghaldaqstant xi nformazzjoni li setghet wasletbiex ikunujafu l-- bidu ta' dan il- bini gie mitlu. Ghalkemm tisejjah Villa ma nistghux nghidu li l- bini huwa villa fil- veru sens tal- kelma, u wisq proababli kien post fejn kienu jghixu xi Malti jew tnejn mis- senat Ruman. Nafu biss lil- famuz avukat u oratur Cicer, ftahar bil- hbiberija ta' zewg senaturi Maltin li tawh informazzjoni siewja fuq l- avvenimenti ta'' Malta.
Dar Rumana, generalment, kienet tikkonsisti f' kamra kbira principali li kient imsaqqfa minbarra fetha kwadra fin- nofs. L_ ilma tax- xita kien jinzel minn go fetha u jigri ghal go taht l- art. Il- kmamar l- ohra bhal tas- sodda, kcina u ohrajn kienu normalment imdawra mall- kamra principali. Jerga, madwar dawn il- kmamar kien ikun hemm gardin jew bitha mdawwra bil- kolonni.Fil- fatt din il- bitha fil- prezent tinsab imsaqqfa bil-hgieg.
IL-PALAZZ VERDALA
Il- Palazz Verdala jinsab Mibni fuq gholja u huwa kwazi zewg mili l- boghod mill- iMdina. Fl- 1586 il- Gran Mastru Loubenx de Verdale kera bicca art biex fiha jibni kastell. il- hsieb tieghu kien li l- kastell juzah bhala post ta' villegatura ghas- sajf. Il- palazz huwa mibni fuq ghamla ta' torri. Jahsbu li l- palazz inbena hekk ghax fi zmienu kien iffortifikat ghall- ghamla li ghandu u l- mighdijiet sigrieti li fih fil- hitan. Il- kastell li jikkonsisti fi tlett kmamar u kien imdawwar min barra b' gandott. Fl- ewwel sular hemm l- istatwa tal- wicc tal- Gran MAstru Loubenx de Verdale.
IL-MADONNA TA' L-GHAR
L- istorja tghid li go dan l- ghar il- Madonna kienet dehret lil wiehed kaccatur li kien qieghed rieqed hemm. Hija dehret bhala sinjura b' tarbija f' idejha ta' gmiel kbir. L- gahr tal- Madonna jinsab fil- knijs ata' San Duminku, u tinzel ghalihb' tarag. Fih hemm statwa tal- Madonna tal- gebel. Din il- MAdonna dehret tibki dmugh tad- demm uman f' Mejju 1999.
Mehud minn Fuljetti li jqassam il- Kunsill Lokali Rabat