Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati

Rabat-Malta

Kunvent San Mark

L-EWWEL KUNVENT

Ghalkemm mhux kulhadd jaqbel meta l-Patrijiet Agostinjani bnew il-kunvent u l-Knisja bl-isem ta' Santu Wistin barra l-bibien ta' l-Imdina, hu zgur li fis-sena 1460 dawn kienu diga' jezistu. Skond dokumenti, jinzamm li l-kunvent kien mibni fis-sena 1383. Pero' s- seklu 15 kien dak  ta' l-Imperu Ottoma. L-armata Torka b' qawwa u hruxija li tbezza kienet iggarraf u tahtaf taht idejha l-artijiet kollha tal-Lvant  Qarib u ta' l-Afrika ta' Fuq. F' Lulju tas-sena 1551, Sina Pascia b' armata ta' madwar 140 gifen nizel fil-port ta' Marsamxett u bla telf ta' zmien gibdet lejn ir-Rabat.

 

IL-QERDA TA' L-EWWEL KUNVENT

Meta l-Maltin raw li ma kien hemm hadd li seta' jiddefendihom sewwa kontra l-qawwa tat-Torok, ingabru fl-Imdina bil-hsieb li minn hemm ikunu jistghu jiddefendu ruhhom minn wara l-hitan ta' dik il-belt. Izda meta dawn irrealizzaw il-periklu kbir ta'  l-armata Torka li kienet tiela' lejn l-Imdina u li setghet tiehu l-kunvent ta' Santu Wistin, li kien tefa' ta' gebla 'l boghod mill-bieb ta' l-Imdina, u jserviha bhala bazi ghal attakk ahhari kontra l-Imdina, u b' rabja kbira, il-poplu hareg mill-Imdina u b' ghodda apposta, qered ghal kollox il-kunvent u l-knisja. Mal-qerda tal- kunvent intilef kollox, l-librerija, l-arkivju, id-depositu ecc.

 

WARA L-QERDA TAL-KUNVENT

 Wara l-qerda tal-kunvent, u wara talb tal-Gran Mastru ta' dak iz-zmien Claude de La Sengle, marru joqoghdu l-Isptar ta' Santu Spirtu fir-Rabat. L-Agostinjani damu jghixu f' dan l-Isptar madwar sitt snin sakemm huma akkwistaw minn ghand l-Isqof Domenico Cubelles il-kappella beneficjali ta' San Mark Evangelista u fit-13 ta' Awwissu tas-sena 1556, wara li akkwistaw il-permessi kollha mehtiega, taw bidu ghall-kunvent gdid, jigifieri  dak li jezisti llum minghajr il-bidliet li saru fih matul iz-zmien.

 

BINI TAT-TIENI KUNVENT

Fuq is-Saqajja fis-sena  1555 kien hemm knisja ckejkna ta' San Mark bi ftit kmamar u kuriduri mitluqa u mkissra. Kienet tal-Katidral izda  moghtija b' titlu  ta' beneficju lil Dun Bert Mangion, tal-Kapitlu tal-Katidral u tal-parti l-kbira tal-kleru, bl-atti tan-nutar Brandano Caxaro, f' jum il-festa ta' Santu Wistin, fit-28 ta' Awwissu 1555, ittrasferixxa l-knisja ta' San Mark u l-bini msemmi ma' genbha lill-patrijiet b' titlu ta' donazzjoni perpetwa. Din il-kappella kienet ezatt fejn illum hemm il-Kappella ta' l-Ispirtu s-Santu fil-knisja ta' San Mark fir-Rabat.

Malli bdew il-bini tal-kunvent l-gdid fit-13 ta' Awwissu 1556, fuq id-disinn ta' l-arkitett Malti Glormu Cassar, il-patrijiet hassew il-htiega li jirrikorru ghall-fondi mehtiega, fejn kitbu wkoll lill-Gran Mastru De la Sengle.


IT-TIELET KUNVENT

Fit-tieni kunvent fuq is-Saqqajja, il-patrijiet kienu diga' ilhom jghixu ftit anqas minn mitejn sena. Peress li z-zmien beda jaghmel tieghu, parti kbira mill-kunvent kellha tant hsara li kienet tinhtieg li titwaqqa'. Id-decizzjoni ttiehdet fil-15 ta' Marzu 1739. Wara prezentazzjoni ta' diversi pjanti, intghazel il- perit Andrea Belli. Ix- xoghol inbeda fis0 26 ta' Awwissu 1740. wara xi diffikultajiet u ntoppi li nqalghu matul iz- zminijiet, fl- 1 ta' DIcembru 1756, x- xoghol seta' jitkompla sat- tmeim; xoghol lo s- sbuhija tieghu ghadha titgawda sallum

Mehud minn Grajjiet Agostinjani ippublikat mill-Provincja Agostinjana Maltija fl-1990.