Arcikonfraternita' tal-Madonna tac-Cintura u San Anton Abbati

Rabat-Malta

Storja ta' l- Arcikonfraternita' tal- Madonna tac- Cintura u San Anton Abbati

    Id-data u s-sena ta' meta twaqqfet din l-Arcikonfraternita' ghadhom ma nstabux pero' din l-Arcikonfraternita' hija wahda mill-eqdem fi gziritna jekk mhux l-eqdem wahda f' Malta.

     Li nafu zgur huwa li meta Mons.Duzina ghamel il-vista pastorali tieghu fl-1575, fir-Rabat sab zewg fratellanzi dik ta' San Guzepp imwaqqfa fil-Knisja ta' Giezu l-ohra ta' San Anton Abbati imwaqqfa fil-Knisja ta' San Mark. Mons.Duzina ghaqad dawn iz-zewg fratellanzi flimkien biex waqqaf l-Fratellanza tas- SSmu.Sagrament fil-grotta ta' San Pawl ir-Rabat, li ghal xi zmien l-fratellanza ta' San Anton Abbati ffunzjonat fil-grotta.

     Fl- 1676 il-General ta' l-Ordni Agostinjan P. Nikola Olivia kien gholla din il-Fratellanza ta' San Anton u tac-Cintura ghall-Arcikonfraternita' u ghaqqadha ma' dik primarja li hemm fil-Knisja ta' S.Giacomo Maggiore ta' Bologna.

    Il-fratellanzi tac-Cintura li hawn fi gziritna kollha hargu mill-Arcikonfraternita' tar- Rabat. L-ewwel kkonfraternita' tac-Cintura mwaqqfa barra l-knejjes tal-Patrijiet  Agostinjani  kienet dik ta' Hal Luqa fis-sena 1719 mwara talba li saret minn terzjarji nisa ta' l-Ordni Agostinjan. L-ewwel ma ghamlu qieghdu nkwatru tal-Madonna tac- Cintura f'artal laterali ta' San Mikiel fil-parocca u immedjatament wara twaqqfet il-konfraternita' taz-zewg sessi .F' anqas minn ghaxar snin hames konfraternitajiet kienu diga mwaqqfin.

Fis-sena 1720 H' Attard u Haz- Zebbug ghamlu l-istess u fl-1721 konfraternita' ohra twaqqfet il-Mosta. Wara fis-sena 1723 diga nsibu mwaqqfin konfraternitajiet tal-Madonna tac-Cintura f' Haz Zabbar, fil- Qrendi(1737), fil-Gharghur u fiz-Zejtun(1747)  u fl-ahharnett f' Hal Tarxien . Hekk f' anqas minn tletin sena hdax il-konfraternita' twaqqfu gewwa Malta.